Marsa Under-17 team suspended until end of the season

The Youth FA Board of Control & Discipline decided to suspend the Marsa Under-17 team from all competitions until the end of the season following incidents which occurred during the Under-17 League match against Mtarfa at the Dingli Ground on Sunday 12th March.

Fis-seduta numru 7 tal-Bord Kontroll u Dixxiplina tal-Youth FA ta’ nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu 2017, il-Bord sema’ l-każ tal-inċidenti li nqalgħu waqt il-partita ta’ taħt is-sbatax –il sena bejn Mtarfa u Marsa li ntlagħbet nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu fil-ground ta’ Ħad-Dingli.

Wara li l-Bord sema’ l-verżjonijiet dwar dan il-każ, irriżulta li l-komportament tat-tim ta’ taħt is-17 –il sena ta’ Marsa kien wieħed ħażin ħafna waqt ħinijiet mit-tieni taqsima.

Għaldaqstant il-Bord iddeċieda li t-tim ta’ taħt is-17 –il sena ta’ Marsa għandu b’effett immedjat jiġi sospiż mill-Kampjonat u kompetizzjonijiet oħra organizzati mill-Youth FA sal-aħħar tal-istaġun 2016- 2017. Ingħataw ukoll multi u garanziji relatati mal-komportament ħażin tal-plejers kif ukoll mal- imġieba mhux xierqa tal-partitarji ta’ Marsa.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Youth FA f’isem il-Kunsill tal-Youth FA irratifika d-deċiżjoni tal-Bord Kontroll u Dixxiplina, u illi s-sentenza għandha tidħol fis-seħħ minnufih. Kien deċiż ukoll li r-riżultat għandu jkun to stand minħabba l-abbandun tal-partita, jiġifieri ir-riżultat jaqra favur Mtarfa 1-0. Il-Kunsill tal- Youth FA jiddeplora kull irregolarità. Kull aġir aggressiv jew anti-sportiv mhux aċċettabbli u għaldaqstant ma tintwera ebda ħniena ma’ dawk li jonqsu.

Inċidenti bħal dawn jmorru kontra l-prinċipji bażiċi tal-Youth FA u tal-logħba tal-football: IR- RISPETT…lejn il-logħba u lejn dawk kollha involuti fil-qasam tal-youth football li ħafna minnhom jiddedikaw ħafna minn ħinhom b’mod volontarju biex dejjem jippruvaw imexxu n-nursery tagħhom ‘l quddiem.