Premier Division Standing Committee disappointed with “confrontational statement” by MFA President

In a statement, the Premier Division Standing Committee said it was disappointed with the confrontational statement by MFA President Norman Darmanin Demajo in a post on his personal page on Facebook.

The Premier League clubs expressed their disapproval towards the MFA President’s statement which the PDSC consider to be premature and would undermine the forthcoming discussion in the Council with regards to the proposed changes in MFA regulations.

The PDSC stressed that in agreement with all stakeholders, i.e. the MFA and the MFPA, it was decided that neither side would express itself in public but only within the official fora. However, the PDSC said that both the MFPA and the MFA president failed to honour this agreement.

The PDSC added that it will only speak on the proposed changes in the MFA official fora while thanking the representatives of the First, Second and Third Division and the ECA who form part of the Social Dialogue Commmittee.

Il-Premier Division Standing Committee, il-PDSC, jinnota b’dispjaċir id-dikjarazzjoni konfrontattiva tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, li kiteb fil-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Il-klabbs tal-Kampjonat BOV Premier juru d-diżapprovazzjoni tagħhom lejn din id- dikjarazzjoni tal-President li fl-opinjoni tal-PDSC, f’dan l-istadju, hi prematura u tippreġudika d-diskussjoni li se ssir fil-Kunsill tal-MFA dwar it-tibdil li l-MFA qiegħda tipproponi fir-regolamenti tagħha.

Hu tajjeb li jiġi ċċarat li bi ftehim mal-istakeholders kollha, u cioe mal-MFA u anki l-MFPA, kien hemm ftehim li fid-diskussjoni dwar bdil ta’ regolamenti, l-ebda parti ma’ kienet se tesprimi ruħha fil-pubbliku, iżda fil-fora uffiċjali tal-Assocjazzjoni biss.
Mal-ewwel opportunità, kemm l-MFPA u issa l-President tal-MFA, naqsu milli jonoraw dan il-ftehim.

Hu ta’ dispjaċir li l-futbol Malti illum jinstab f’sitwazzjoni li jekk tazzarda jkollok opinjoni differenti mill-President tal-MFA, li suppost jirrappreżenta lil kulħadd, tiġi attakkat fil- pubbliku mingħajr ebda diskusjsoni bejn il-partijiet.

Il-PDSC jibqa’ konsistenti dwar il-pożizzjoni tiegħu li se jitkellem fuq il-bidliet proposti fil-fora uffiċjali tal-MFA, kif miftiehem.
Il-PDSC jirringrazzja lir-rappreżentanti tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Divizjoni, u tal-ECA li jiffurmaw parti mill-Kumitat tad-Djalogu Soċjali tal-MFA li żammew mal-ftehim.

Din l-istqarrija saret wara qbil bejn il-klabbs ta’ Balzan, Birkirkara, Floriana, Hamrun Spartans, Hibernians, Mosta, Pieta Hotspurs, Qormi, Senglea Athletic, Sliema Wanderers, Tarxien Rainbows, u Valletta.