Messagg mill-Organizzaturi

Sa l-ahhar waslet il-gurnata li bla waqfien ilna nahdmu ghaliha. L-idea li norganizzaw il-Malta Football Awards ilha tberren go mohhna ghal dawn l-ahhar sena u nofs. F' pajjizi ohra Ewropej dawn it-tip ta' serati jigu organizzati regolarment hekk kif jintemm il-kampjonat domestiku jew ftit gimghat qabel jibda wiehed gdid. B' kultura Ewropea fejn pajjizna qed jaddotta u jaghmel hafna affarijiet bhal pajjizi ohra fl-Ewropa, gietna din l-idea li norganizzaw il-Malta Football Awards hekk kif isir f' pajjizi fejn il-football jinghata prominenza jekk mhux preferenza f' kollox bhall-Ingilterra, Spanja, l-Italja u l-Germanja fost l-ohrajn.

L-Awards li ser jigu pprezentati llejla gew assenjati wara votazzjoni minn nies li jmissu b; idhom il-kampjonat Premier Malti regolarment fosthom il-presidenti tal-clubs, il-coaches, il-captains tat-timijiet kif ukoll 15-il gurnalista li segwew mill-qrib l-andament kollu ta' l-istagun 2001/02. U ghalhekk ahna konvinti li r-rizultat finali tal-votazzjoni, huma rizultati gusti ta' dawk li kisbu l-players ikkoncentrati fl-istagun li ghadda fid-diversi kategoriji li ghandna llejla.

Grazzi b' mod partikolari tmur illejla lill-Onorevoli Jesmond Mugliett Segretarju Parlamentari responsabbli miz-Zghazagh u l-Isport talli offra l-ghajnuna biex tigi organizzata din is-serata, kif ukoll ringrazzjament specjali lill-Avukat Joe Mifsud, President tal-MFA li mill-ewwel approva attivita bhal din li qed tkun organizzata minn zewg gurnalisti sportivi fuq inizjattiva personali. Hajr lid-diversi sponsors tal-lejla b' tislija partikolari lil Central Cigarettes li ghazlet appuntu l-Malta Football Awards biex itemmu ufficjalment l-ghajnuna finanzjarja permezz ta' sponsorships lill-football Malti.

Finalment nirringrazzjaw lilkom hawn prezenti talli ghogobkom tkunu maghna llejla. Awguri lill-protagonisti kollha li ser ikunu qed jikkontestaw unur fl-ewwel edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards.

Sandro Micallef           Robert Cutajar