maltafootball.com

Home  

Latest News  


1st Edition - 2002  
2nd Edition - 2003  
3rd Edition - 2004  
4th Edition - 2005  
5th Edition - 2006  
6th Edition - 2007  
7th Edition - 2008  


Photo Gallery  


Contact  



maltafootball.com  




 
Malta Football Awards

0  Ghall-ewwel darba f'pajjizna l-Malta Football Awards

Waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li saret dalghodu gewwa l-lukanda Westin Dragonara gew imnedija ufficjalment il-Westin Malta Football Awards ghall-istagun 2001/02. Il-Football Awards ser ikunu pprezentati waqt Serata li ser titella' nhar is-Sibt 6 ta' Lulju 2002 u li matulha mistennija wkoll il-partecipazzjoni ta' players internazzjonali mill-Premiership Ingliz kif ukoll mill-Kampjonat Taljan. Sandro Micallef, wiehed mill-organizzaturi tal-Westin Malta Football Awards, qal li din l-attivita' ser titella' fuq inizjattiva personali flimkien ma' kollega gurnalista Robert Cutajar wara li inhasset il-htiega li f'Malta wkoll players li jkunu l-protagonisti matul l-istagun tal-football ikunu ppremjati b'mod individwali bir-rwoli differenti taghhom. Micallef tenna li fl-Italja serata simili titella' mill-Mediaset-TV bil-kollaborazzjoni tal-FIGC u fl-Ingilterra hemm premjazzjonijiet simili. Semma wkoll li-magazine internazzjonali France Football jippremja player bil-ballun tad-deheb. Ghalhekk huwa l-hsieb li dan l-avveniment jidhol fil-kalendarju sportiv lokali bl-ewwel edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards issir fis-6 ta' Lulju ta' din is-sena.

Intant waqt il-konfernza ta' l-ahbarijiet thabbar ukoll il-metodu ta' kif qed issir il-votazzjoni ghall-players nominati fl-ghaxar (10) kategoriji differenti. Il-votazzjoni qed issir minn 10 coaches tal-Clubs tal-Premier, 10 Captains tal-Premier, 10 Presidenti jew raprezentant taghhom kif ukoll 15-il gurnalisti li segwew il-kampjonat 2001/02 regolarment.

Indirizzaw l-konfernza Stampa wkoll Renzo Correzola General Manager tal-lukanda Westin li ser tospita dan l-avveniment, il-Vici President ta' l-MFA Carmelo Bartolo kif ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli miz-Zghazagh u l-iSport Jesmond Mugliett. Dan ta' l-ahhar irrimarka b' mod pozittiv dwar din l-inizzjattiva li qed titiehed minn gurnalisti fuq bazi volontarja u qal li hekk kif il-media ingenerali tghin l-isport daqstant iehor gurnalisti individwali jistghu jaghti l-kontribut dirett lill-isport f'dan il-kaz lill-Football. Jesmond Mugliett irringrazzja wkoll lill-MFA talli din qed taghti l-approvazzjoni taghha sabiex tkun tista titella' din l-attivita'.

Inghataw dettalji ohra dwar is-Serata fejn kien spjegat li kull rebbieh ser ikun ippremjat minn koppja maghmulha minn personalitajiet distinti fosthom anke l-palyers internazzjonali. Thabbar ukoll li ser jinghataw Awards specjali lit-tliet players li tul l-istagun 2001/02 laghbu barra minn Malta ma' team fl-Ewropa, dawn huma: Stefan Giglio, Michael Mifsud kif ukoll Gilbert Agius. L-Awards qed ikunu ddisinjati mill-Mdina Glass.

Ghal aktar informazzjoni inti gentilment mitlub tikkuntatja lil Sandro Micallef fuq 7944 5959.

Grazzi tal-koperazzjoni
Robert Cutajar
Co-Organizattur
Westin Malta Football Awards 2001/02



maltafootball.com

© 2001-2008 Malta Football Awards & maltafootball.com