Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Il-Pubbliku wkoll jista` jivvota ghall-Malta Football Awards
Il-Preparazzjonijiet ghas-serata tal-Westin Malta Football Awards bhalissa lahqu l-qofol taghhom meta issa fadal biss ftit aktar minn gimgha ghall-dan l-avveniment ghall-ewwel darba tax-xorta tieghu f'pajjizna. Hekk kif din il-gimgha ntemmet il-votazzjoni minn dawk li kienu ntitolati ghal vot (10 President, 10 Captains, 10 Coaches u 15-il Gurnalista) issa l-attenzjoni taqa` fuq is-serata finali li ser issir gewwa l-Lukanda Westin fejn ser jithabbru r-rebbieha u jkunu premjati l-individwi ghall-prestazzjoni taghhom waqt l-istagun li ghadda.
Waqt din is-serata l-publiku sportiv ser ikollu l-opportunita` li jippartecipa bil-vot tieghu ghall-kategorija ta` l-Aktar player mahbub ta' kull zmien, kategorija li qed tkun ikkontestata bejn erba' players ta' fama dawn huma : Tony Nicholl, Salvino Schembri, Raymond Vella kif ukoll Carmel Busuttil. Din il-kategorija ser tkun totalment tiddependi mill-votazzjoni tal-publiku li jista jibda jivvota anke mill-lum stess ghaliex il-linji appuntu jinsabu miftuha u ser jibqghu miftuha sa 15 -il minuta qabel tmiem tas-serata biex fl-ahhar issir il-presentazzjoni lill-player rebbieh jew lill-familjari tieghu li jkunu fis-sala. In-numri tat-televoting huma dawn :
Tony Nicholl : 500 43241
Salvino Schembri : 500 43242
Raymond Vella : 500 43243
Carmel Busuttil : 500 43244
Minn jippartecipa jidhol bic-cans li jirbah diversi premijiet fosthom flokkijiet tat-teamijiet kollha tal-Premier 2001/02 kif ukoll diversi weekend breaks f'bosta lukandi.
Is-Serata ser tkun qed tigi pprezentata minn Stephanie Farrugia u John Busuttil u fost il-personalitajiet distint li ser jipprezentaw l-Awards hemm: Xandru Grech, Carlo Borg Bonaci, Rachel Said, Julia Farrugia, Louise Tedesco, Marie Brigulio, Peter Busuttil, Gordon Penza, John Bundy, DJ Pierre Cordina u hafna ohrajn.
L-10 kategoriji ghal din is-serata ser ikunu l-Ahjar Attakkant, l-Ahjar Midfielder, l-Ahjar Difensur, l-Ahjar Goalkeeper, L-Ahjar Ufficjal, l-Ahjar Coach, l-Aktar Player Zaghzugh Promettenti, l-Ahjar player Malti, l-Ahjar player barrani u l-kategorija l-Aqwa Paprata ta' l-istagun. Din il-kategorija gabet maghha kontroversja zghira minhabba d-disaprovvazzjoni ta' grupp ta' referees talli f'din il-kategorija kien hemm nominati tnejn minnhom. Finalment dawn iz-zewg nominazzjonijiet gew irtitarti u b'hekk ir-refereees mhux ser jibbojkotjaw il-kategorija ta' l-ahjar Ufficjal kif kien mahsub. L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lill-isponsors kollha b'mod specjali s-Segretarju Parlamentari ghaz-Zaghzagh u Sports Jesmond Mugliett li ghin sabiex setghet tigi organizzata din is-serata. Ringrazzjament ukoll lill Media lokali talli minkejja f'xahar impenjattiv bir-rapporti tat-Tazza tad-Dinja, xorta l-Malta Football Awards qed ikunu msemmija u jinghataw spazju adekwat meta jkun mitlub.
Grazzi mill-gdid.
Sandro Micallef
Co-Organizzatur
Westin Malta Football Awards
|