Westin Malta Football Awards ... esperiment li rnexxa
Illejla hawn biex nonoraw weghda li ghamilna sena ilu
Ser ikollna fis-serata tal-lejla wkoll xi innovazzjonijiet bhall-Award ghall-Ahjar Assistant Referee tas-sena, l-Isbah Goal ta' l-Istagun kif ukoll rikonoxximenti specjali.
Bhal kull attivita` tax-xorta taghha din tirrikjedi impenn, hin u sagrificcju pero` li ssib nies li lesti jaghtu l-hin u l-ghajnuna taghhom jimlewk bil-hegga biex tkompli tirsisti biex nirnexxu fil-hidma taghna. L-interess mill-pubbliku ingenerali fuq din l-attivita` jkompli jixpruna lilna biex dan l-avveniment jibqa' jkun inkluz fil-kalendarju tal-football Malti.
Ma nistghux ma nirringrazjawx lill-isponsors ghax zgur li minghajr l-ghajnuna taghhom ma stajna qatt nasslu ghal din it-tieni edizjoni tal-Westin Malta Football Awards. Grazzi specjali tmur ghall-Ministru taz-Zghazagh, u Sport Jesmond Mugliett li anke support tieghu f`din l-attivita` wera bic-car kemm veramnet ghandu ghal qalbu l-aspetti kollha ta' l-isport lokali. L-ahhar u mhux l-inqas tmur ukoll lill-MFA li regghet irrikonoxxiet din l-attivita` bis-sehem attiv taghha kif ukoll lil Westin Dragonara Resort li regghet ospitatna hawn illejla biex flimkien nghatu gieh lill-players protagonisti ta' l-aktar loghba poplari f`pajjizna.
Sandro Micallef Robert Cutajar