Is-Serata tal-Westin Malta Football Awards tixxandar fuq it-TV nhar l-Erbgha
Is-Serata finali tat-Tieni Edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards 2002/3 ser tixxandar nhar l-Erbgha 30 ta' Lulju fuq Net Television fit-2035hrs. Ghal din is-serata li saret gewwa l-Westin Dragonara f'San Giljan attendew diversi personalitajiet fosthom il-Ministru ghaz-Zghazagh u Sport Jesmond Mugliett, id-Deputat Speaker u kelliem ta' l-Oppozizzjoni dwar iz-Zghazagh u Sport l-Onorevoli Carmelo Abela, l-President ta' l-MFA Dr. Joe Mifsud, Dott. Felice Pulici Diriget ta' SS Lazio, Yuri Djorkaef u Ivan Campo players ta' Bolton FC, u diversi personalitajiet distinti ohra.F'din l-edizzjoni zewg players rebhu zewg Awards kull wiehed dawn kienu Noel Turner ta' Sliema li rebah l-Award ta' l-Ahjar Midfielder u l-Ahjar player Malti kif ukoll Lucian Dronca ta' B'Kara li rebah l-Award ghall-Ahjar Difensur u l-Ahjar Barrani.
L-isfida bejn Sliema u B'Kara mistennija tilhaq il-qofol taghha waqt it-Televoting li gie pperarat ghall-waqt it-trasmissjoni ta' nhar l-Erbgha.
Filfatt il-mistoqsija tat-Televoting hija din :
Min tahseb li verament jixraqlu t-titlu ta' l-Ahjar Team ta' l-Istagun 2002/03 ?
Sliema Wds. li rebhu l-Kampjonat u t-Tazza Lowenbrau?
jew
Birkirkara li rebhu t-Trophy, s-Super Cup u t-Tazza Super 5 ?
Ghal Sliema cempel : 500 43251 - Ghal Birkirkara cempel : 500 43252
Il-linji jinsabu miftuha u marbuta ma' dan it-Televoting hemm numru ta' premijiet fosthom: Diversi Vouchers prodotti Malizia, Vouchers minn General Soft Drinks, Easyline Cards tal-MALTACOM, 4 SMART SIM cards tal-Go Mobile, Zewg Vouchers ta' LM40 lira l-wiehed fi prodotti ta' FRANK's Perfumery, Membership ghal sena ghar-Reef club tal-Westin Dragonara u l-premju finali dak ta' sett ta' 10 flokkijiet tat-timijiet tal-Premier ta' l-istagun li ghadda li maghhom jizdiedu wkoll iz-zewg flokkijiet originali taz-zewg timijiet promossi Msida u Balzan.
Intant xtqat niehu l-okazzjoni nirringrazzja lil media sportiva tal-coverage ta' dawn l-Awards tul dan l-ahhar xahar.
Sandro Micallef
Organizzatur
Westin Malta Football Awards