maltafootball.com

Home  

Latest News  


1st Edition - 2002  
2nd Edition - 2003  
3rd Edition - 2004  
4th Edition - 2005  
5th Edition - 2006  
6th Edition - 2007  
7th Edition - 2008  


Photo Gallery  


Contact  



maltafootball.com  




 
Malta Football Awards

0  Ghat-tielet sena konsekuttiva - Il-Westin Football Awards

Dan l-avveniment ferm mistenni mid-dilettanti, players u ufficcjali tal-Football lokali se jigi organizzat ghat-tielet sena konsekuttiva. Avveniment li beda minn holma ta' zaghzugh gurnalist, Sandro Micallef, tliet snin ilu u issa sar parti mill-kalendarju tal-Football lokali ferm mistenni.

Il-Westin Football Awrads hu avveniment specjali, avveniment li ta dimensjoni ohra lil dawk li jahdmu fl-isfera lokali tal-Football. Fl-ahhar ta' Lulju l-ahjar fost l-ahjar jigu ppremjati wara stagun mimli tensjoni u qtigh il-qalb fejn l-ahjar fost l-ahjar jinghataw il-premju xieraq waqt serata gala li se ssir fil-lukanda Westin Dragonara ghat-tielet sena konsekuttiva.

F'din is-serata jigu ppremjati 12-il kategorija biex b'hekk ma jinqabez hadd minn dawk li jkunu taw sehmhom ghal-loghba Maltija matul l-istagun u kulhadd jiehu dak li jixraqlu.

Il-kategoriji kollha li fihom se jkun hemm nominati tliet persuni f'kull kategorija huma dawn:
L-ahjar Goalkeeper
L-ahjar difensur
L-ahjar midfielder
L-ahjar attakkant
L-ahjar zaghzugh promettenti
L-ahjar coach
L-ahjar player barrani
L-ahjar player Malti
L-ahjar referee
L-ahjar assistant referee
L-isbah goal tas-sena

L-ahjar player femminili f'Malta li hu award gdid fejn ghalih ivvutaw il-coaches kollha tat-teams tan-nisa li jilaghbu fil-Kampjonat malti.

Ghal kategoriji l-ohra ivvutaw ghalihom il-caoches kollha tal-Premier, il-presidenti kollha tal-clubs tal-Premier u l-captains ta' kull team mill-Premier, barra l-gurnalisti kollha ta' kull media u anke websites li kienu attivi waqt l-istagun fil-loghob tal-Premier.

B'hekk johrog ir-rebbieh ta' kull kategorija li jithabbar fis-serata Gala li ssir fl-ahhar Gurnata ta' Lulju fejn mistiedna jkun hemm kull player tal-Premier, ufficcjail tal-clubs u l-gurnalisti.

Anke dilettanti tal-loghba li jixtiequ jkunu prezenti ghal dan l-avveniment jistghu jaghmlu dan billi jixtru l-biljetti li se johorgu ghall-bejgh aktar tard matul ix-xahar ta' Gunju. Is-serata se terga tkun prezentata mill-gurnalist tal-Football lokali, John Busuttil li din id-darba se jkun meghjun minn zewg' prezentatrici popolari, Antonella Vassallo u Valerie Vella.

Ir-rebbieh ta' kull kategorija jkun prezentat bl-unur minn personalitajiet popolari fix-xena ta' l-ispettaklu, televizjoni u t-tejatru.

Matul is-serata jkun hemm ukoll varjeta u l-ilbies ghal din is-serata jaghmel unur lill-istess serata minhabba li jrid ikun eleganti bil-players nominate jkunu lebsin gala.

Din is-serata hi mistennija hafna mill-players u ufficcjali fejn kulhadd ihoss li dan jilhaq il-qofol wara l-Kampjonat fuq bazi individwali. Vera li jkun hemm min jista' jigi dizzapuntat ghax jippretendi li jirbah izda l-organizzaturi jhossu li r-rizultat finali hu wiehed mill-aktar gust meta r-rebbieh jigi maghzul mill-istess players u coaches u membri tal-clubs flimkien mal-gurnalisti.

Bhalissa ghadhom jingabru l-voti fejn ir-rebbieh ikun maghruf minn persuna wahda li jghaddihom lill-organizzatur Sandro Micallef fl-ahhar gurnata biex b'hekk hadd ma jkun jaf min rebah u tirrenja l-emozzjoni waqt is-serata fejn kulhadd ikun qed jistenna li jissejjah ismu.

Barra hekk jinghata award specjali lil diversi players jew ufficcjali li jkunu ghamlu gieh il-loghba tal-Football matul is-snin u dawn jintaghzlu minn bord organizzativ maghmul minn gurnalisti, membri ohra u anke l-Vici President tal-MFA u jithabbru fis-serata ghalkemm min ikun se jinghata l-award jigi mgharraf qabel.

Il-Westin Football Awards bhalissa jinsab fuq fomm il-players u coaches jistennew li jakkwistaw dan l-unur prestiggjuz li jizboq lil kull unur iehor li jinghata f'Malta fil-Football fuq bazi individwali.

U b'hekk f'Malta barra l-awards tal-muzika u tal-moda issa ghandna ukoll l-awards tal-Football lokali li hi l-aktar sport popolari f'Malta. Mertu ta' dan hu tal-fundatur u hallieq ta' dan l-avveniment Sandro Micallef li izda qed ikun meghjun minn grupp ta' nies zghir izda habrieki bhal Erika Micallef, Analise Gauci, John Busuttil u Robert Cutajar li matul dawn ix-xhur ikunu ghaddejin biex jorganizzaw avveniment bhal dan li mhux facli taghmel.



maltafootball.com

© 2001-2008 Malta Football Awards & maltafootball.com