Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Jigu mnedija it-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards
Diversi novitajiet godda fost l-ohrajn: Award gdid u anke website
Dan l-avveniment ferm mistenni mid-dilettanti tal-football, players u ufficjali tal-Football lokali se jigi organizzat ghat-tielet sena konsekuttiva. Avveniment li beda minn holma ta' zaghzugh gurnalist, Sandro Micallef tliet snin ilu u issa sar parti mill-kalendarju tal-Football lokali.
Il-Westin Malta Football Awards hu avveniment specjali, avveniment li ta dimensjoni ohra lil dawk li jahdmu fl-isfera lokali tal-Football. Fl-ahhar ta' Lulju l-ahjar fost l-ahjar jigu ppremjati wara stagun mimli tensjoni u qtigh il-qalb fejn l-ahjar fost l-ahjar jinghataw il-premju xieraq waqt serata gala li ser issir fil-lukanda Westin Dragonara nhar is-Sibt 31 ta' Lulju.
F' din is-serata ser jigu ppremjati 12-il individwu f' kategoriji differenti. Dan ifisser novita ghal din is-sena minhabba zieda ta' kategorija ohra mill-edizzjoni precedenti. Fil-fatt ghall-edizzjoni ta' din is-sena ser jinghata wkoll award ghall-ahjar player tal-football tan-nisa.
Il-kategoriji kollha huma dawn:
L-ahjar Goalkeeper
L-ahjar difensur
L-ahjar midfielder
L-ahjar attakkant
L-ahjar zaghzugh promettenti
L-ahjar coach
L-ahjar player barrani
L-ahjar player Malti
L-ahjar referee
L-ahjar assistant referee
L-isbah goal tas-sena
Waqt konferenza stampa li kienet indirizzata mill-Organizzatur ta' dawn l-Awards Sandro Micallef, gie spjegat li ghall-award ta' l-ahjar player femminili f' Malta ivutaw il-coaces kollha tat-teams tan-nisa li jilaghbu fil-Kampjonat tan-Nisa. Ghal kategoriji l-ohra vvutaw ghalihom il-Coaches kollha tal-Premier, il-Presidenti kollha tal-clubs tal-Premier u l-captains ta' kull team tal-Premier. Ivvutaw ukoll 30 gurnalista ta' kull media u anke websites li kienu attivi waqt l-istagun fil-loghob tal-Premier.
L-Organizzatur tenna li l-Westin Malta Football Awards bhalissa jinsab fuq fomm il-players u l-coaches jistennew li jakkwistaw xi Award partikolari li jfisser l-unur prestiggjuz li jizboq lil kull unur iehor li jinghata f' Malta fil-Football fuq bazi individwali.
Finalment Sandro Micallef irrimarka li s-success ta' dawn l-Awards jigi biss b' mertu tal-players, coaches, dirigenti u partitarji li sa mill-ewwel edizzjoni dejjem gharfu japprezzaw din l-idea gdida ta' Awards fil-football Malti. Ringrazzjament specjali jmur ukoll ghall-Isponsors ta' din is-sena li ghogobhom jinvestu f' dan l-avveniment li huma:
Zmerc Pub
Attard Bros - Mondo Turf
General Soft Drinks - Powerade
Medairco - Daiken Airconditioners
XFM Radio
Charles Grech - Heineken
Alfred Gera & Sons
Schembri Batteries
Nan Yuan Chinese Restaurant
Blues Cafe`
Ozone System
L-Awards ghal din is-sena ghandhom ukoll il-website ufficjali fuq www.maltafootball.com/awards. Biljetti ghas-Serata finali jistghu jinkisbu minn fuq ticket hotline 9946 8001.
|