Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Il-Pubbliku sportiv isemma lehnu dwar l-ammont ta' players mill-UE
Jitnieda stharrig permezz ta' l-SMS
Wahda minn novitajiet ghat-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards ser tkun li l-pubbliku sportiv ser ikun jista` jippartecipa fi stharrig li ser ikun marbut ma' suggett rikorrenti fil-football lokali. Filfatt il-Kumitat Organizattiv ha l-inizjattiva biex iniedi stharrig dwar il-proposta li qed tipproponi l-Malta Football Association dwar il-limitazzjoni ta' players barranin mill-UE li jistghu jilghabu fil-Kampjonat Premier.
Ghaldaqstant il-pubbliku sportiv qed jigi pprezentat b'dan l-istharrig liema rizultat ikun maghruf fi tmiem is-serata tal-31 ta' Lulju 2004 :
L-MFA qed tipproponi li tillimita n-numru ta' players mill-UE li jistghu jilghabu f'team f'partita fil-Kampjonat Premier ghal 3 biss. Taqbel ma' din il-proposta?
Jekk IVA u allura tahseb li l-MFA qed tissalvagwardja l-football Malti ibghat SMS fuq: 5061 4114
Jekk LE u allura tahseb li din il-proposta mhiex adekwata ibghat SMS fuq:
5061 4115
Il-pubbliku qed ikun mistieden jibghat l-opinjoni tieghu permezz ta' SMS vojt fuq wiehed minn dawn in-numri li diga` huma miftuha. Marbuta ma' dan l-istharrig hemm numru sostanzjali ta' premijiet li jammontaw ghal madwar 40 premju li jvarjaw minn vouchers ta' prodotti ghall-diversi weekend breaks. Il-premju l-iktar prestiggjuz hu minghajr ebda dubju ta' xejn iz-zewg settijiet ta' flokkijiet tat-teamijiet tal-Premier li huma kompluti wkoll biz-zewg flokkijiet taz-zewg teamijiet promossi mill-Ewwel Divizjoni l-istagun li ghadda jigifieri St. Patrick u Lija Athletic.
Intant kif thabbar fil-Konferenza Stampa fejn giet imnedija t-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards ser tkun ipprezentata kanzunetta waqt is-serata. L-isem ta' din il-kanzunetta ser tkun "Ghaliex Nhobbu l-Football". Din il-kanzunetta b'lirika ta' Enzo Guzman u kompozizzjoni ta' Philip Vella tinkludi versi b'referenza diretta lejn in-nies li jmissu direttament il-football, fosthom il-players, il-coaches, ir-refeees, id-dirigenti u anke l-partitarji. Filfatt din il-kanzunetta ser tkun kantata minn dawn in-nies.
Il-Kumitat organizattiv jixtieq ukoll ihabbar li beda l-bejgh tal-biljetti ghas-Serata finali li ser issir nhar is-Sibt 31 ta' Lulju gewwa l-lukanda Westin f'San Giljan. Il-biljetti ghall-prezz ta' LM 5 jistghu jinxtraw minghand Geraldu Kiosk il-Belt Valletta jew permezz tat-ticket hotline 9946 8001. Wiehed jista' jakkwista iktar informazzjoni dwar it-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards minn fuq il-website ufficjali www.maltafootball.com/awards

Photo: © 2002 Roberto Runza
|