maltafootball.com

Home  

Latest News  


1st Edition - 2002  
2nd Edition - 2003  
3rd Edition - 2004  
4th Edition - 2005  
5th Edition - 2006  
6th Edition - 2007  
7th Edition - 2008  


Photo Gallery  


Contact  



maltafootball.com  




 
Malta Football Awards

0  Illejla jintaghzlu il-Goal ta' l-istagun u r-rebbieha ta' l-Award ghall-Karriera

Illejla gewwa l-lukanda Westin Dragonara f'San Giljan jiltaqa` l-Kumitat Organizattiv tat-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards sabiex jintaghzel il-Goal ta' l-istagun kif ukoll jintghazlu z-zewg persuni li ser jinghataw rikonoxximent specjali fis-serata bl-Award ghall-Karriera.

Fil-laqgha tal-lejla mistennija jattendu ufficjali u coaches tat-teamijiet tal-Premier, li flimkien ma' diversi gurnalisti sportivi (tnejn minn kull media) flimkien mal-Kumitat Organizattiv mistennija jivvutaw ghall-ahjar Goal ta' l-Istagun wara li jintwerew permezz ta' Video l-ahjar Goals ta' l-Istagun 2003/04.

L-Organizattur Sandro Micallef mistenni wkoll iressaq quddiem is-Sotto Kumitat Organizattiv numru ta' ismijiet maghrufa fil-qasam tal-football lokali li minnhom iridu jkunu maghzula tnejn li ser jinghataw l-Award Specjali ghall-karriera. F'din il-lista ser ikunu proposti nies bhal Joe Cini, Salvino Schembri, John Holland, Michael Degiorgio, Nicky Saliba u possibilment ohrajn.

Fl-edizzjoni tas-sena l-ohra, z-zewg awards specjali ghall-karriera marru ghand Joe Cilia u Stefan Sultana rispettivament. Intant hu maghruf li kmieni l-gimgha d-diehla mistennija jithabbru t-tlett ismijiet bhala finalisti fil-kategoriji kollha ghas-Serata finali tat-Tielet Edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards li ser isir nhar is-Sibt 31 ta' Lulju.



maltafootball.com

© 2001-2008 Malta Football Awards & maltafootball.com