Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Votazzjoni ghall-Isbah Goal ta' l-Istagun 2003/04
Tlett players b'iktar minn goal kull wiehed fost in-nominati
Waqt laqgha tas-Sotto Kumitat Organizattiv tat-Tielet Edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards il-bierah filghaxija, saret il-votazzjoni ghall-kategorija ta' l-Isbah Goal ta' l-Istagun 2003/04. Minn fost il-goals li kienu spikkaw fl-istagun li ghadda u li kienu denji li jkunu kkunsidrati ghall-isbah goal ta' l-istagun intghazlu l-ahjar 23 u wara li ntwerew il-filmati saret votazzjoni individwali ta' kull goal.
Il-votazzjoni kienet ibbazata fuq ammonti ta' punti moghtija fuq dawn il-kriterji:
Azzjoni li wasslet ghall-Goal
Anticipazzjoni fuq id-difiza
Ezekuzzjoni tal-player li skorja
Il-Goals kollha nominati kienu dawn:
Matthew Calascione (B'Kara-Valletta), Ndubisi Chukunyere (Hibs-M'Xlokk), Edward Azzopardi (Pietà-Hamrun), Joe Brincat (Sliema-Balzan), Adrian Farrugia (Msida-Hamrun), Stephen Wellman (Floriana-B'Kara), Gaetan Spiteri (Hamrun-Valletta), Andre Rocha Da Silva (Floriana-Hamrun), Stefan Zahra (Balzan-Msida), Daniel Bogdanovic (M'Xlokk-Hibs), William Camenzuli (B'Kara-M'Xlokk), Miguel Mifsud (Hibs-B'Kara), Chuks Nwoko (B'Kara-Mosta), Ivan Woods (Pietà-Floriana), Lucien Dronca (B'Kara-Msida), Daniel Nwoke (Msida-Balzan), Andrew Cohen 3 (Hibs-B'Kara/Pietà/Sliema), Anatole Debono 2 (Pietà-Floriana/Hibs), Adrian Mifsud 2 (Hibs-Valletta/B'Kara)
Ivvutaw ghall-Isbah Goal ta' l-Istagun diversi gurnalisti, Presidenti u ufficjali tal-Clubs tal-Premier. Wara l-votazzjoni l-Kumitat Organizattiv innomina hames persuni li kellhom ikunu kkunsidrati sabiex fit-Tielet Edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards jinghataw l-Award Specjali ghall-Karriera. Hawn kella sahansitra ssir votazzjoni wkoll u z-zewg persuni li mistennija jkunu prezentati b'dan l-Award specjali ser ikunu Salvino Schembri u Nicky Saliba. Schembri kien il-Captain tat-Team Nazzjonali Malti fl-ewwel partita internazzjonali li Malta laghabet kontra l-Awstrija fl-1957. Hu ironikament qatt ma rebah l-unur tal-player tas-sena ta' l-MFA. Minn naha l-ohra Saliba skond l-istatistika u l-istorja tal-football Malti, rebah l-iktar ammont ta' unuri kemm personali u l-iktar mal-Club tieghu Valletta FC. Hu rebah ukoll darbtejn il-player tas-sena ta' l-MFA.
Intant fil-jiem li ghaddew sar ir-recording tal-Kanzunetta specjali li ser tkun ipprezentata fis-serata tal-31 ta' Lulju. Il-kliem ta' din il-kanzunetta huma ta' Enzo Guzman filwaqt li l-kompozizjoni hi ta' Philip Vella.
|