Jithabbru l-finalisti tal-Westin Malta Football Awards

Vodafone tappoggja l-edizzjoni ta' din is-sena

Thabbru l-finalisti tal-kategoriji kollha ghat-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards li ser isiru nhar is-Sibt 31 ta' Lulju 2004. Fost il-finalisti jispikkaw fost l-ohrajn ismijiet ta' players tac-Champions Sliema Wanderers li minn fost l-10 kategoriji ghandhom players finalisti f' mhux anqas minn sitt kategoriji.

Fost it-tliet finalisti f' kull kategorija hemm hamsa players li huma nnominati f' zewg kategoriji. Dawn huma: Andre Rocha Da Silva, Joe Brincat, Stefan Giglio, Michael Mifsud u Danilo Doncic. Il-kategoriji kollha mistennija li jkunu missielta minn diversi players ta' diversi clubs. L-uniku club cert minn award wiehed hu l-club ta' Sliema peress li fil-kategorija ta' l-Ahjar Player Malti. It-tliet finalisti huma lkoll Slimizi. Dawn huma: Joe Brincat, Stefan Giglio u Michael Mifsud.
Zewg kategorji rtirati
Waqt il-Konferenza Stampa li kienet indirizzata mill-Organizzatur ta' dawn l-Awards Sandro Micallef, thabbar li l-Kumitat Organizzattiv kontra x-xewqa tieghu kellu jirtira zewg kategoriji - dawk ta' l-Ahjar Referee u l-Ahjar Assistent Referee. Jidher li l-Ezekuttiv ta' l-MFA ha decizjoni biex b' effett mill-bidu ta' Lulju 2004 l-ebda ufficjal Referee jew Assistant ma' jista' jaccetta xi Award jew xi unur iehor relatat mal-prestazzjoni personali matul l-istagun. Sandro Micallef spjega li r-referees jew notifikati u mposti b' din id-decizjoni bic-cirkolari numru 347/2003-04 u sussegwentement il-Kumitat Organizzattiv ma kellu l-ebda ghazla hlief li jirtira dawn iz-zewg kategoriji li ghalihom ma jistghux ikunu prezenti ir-rebbieha. Ghaldaqstant b' rispett lejn dawk kollha li vvutaw ukoll ghal dawn il-kategoriji waqt din il-konferenza stampa thabbru z-zewg rebbieha li izda mhumiex se jinghataw l-Award. Fil-kategorija ta'l-Ahjar Referee kien ser ikun pprezentat bl-Award Adrian Casha u l-Award ghall-Ahjar Assistant Refere kien ser imur ghand Ingmar Spiteri.
Vodafone Sponsor Ufficjali
Thabbar ukoll li Vodafone Malta ser ikunu fost il-main sponsors tat-tielet edizzjoni ta' dawn l-Awards. Vodafone hi kumpanija sinonima li tappoggja avvenimenti sportivi u ma setax jonqos li Vodafone ikunu wkoll prezenti f' dawn l-Awards li issa saru parti mill-kalendarju tal-Football lokali. Vodafone qed taghmel ghad-dispozizzjoni tal-pubbliku ammont ta' biljetti ghas-serata finali li jistghu jintrebhu b' kompetizzjoni specjali online minn fuq il-website ufficjali www.vodafonemalta.com
Stharrig dwar il-players barranin
Wahda min-novitajiet ghat-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards ser tkun li l-pubbliku sportiv qieghed ikun mistieden jippartecipa jistieden fi stharrig li qed ikun marbut ma' suggett rikorrenti fil-football lokali. Fil-fatt il-Kumitat Organizzativ ha l-inizjattiva biex iniedi stharrig dwar il-proposta li qed tipproponi l-Malta Football Association dwar il-limitazzjoni ta' players barranin mill-UE li jistghu jilaghbu fil-Kampjonat Premier.

Ghaldaqstant il-pubbliku sportiv qed jigi pprezentat b' dan l-istharrig liema rizultat se jkun maghruf fi tmiem is-serata tal-31 ta' Lulju 2004:
L-MFA qed tipproponi li tillimita n-numru ta' players mill-UE li jistghu jilaghbu f' team f' partita fil-Kampjonat Premier ghal 3 biss. Taqbel ma' din il-proposta?

Jekk IVA u allura tahseb li l-MFA qed tissalvagwardja l-football Malti ibghat SMS fuq 5061 4114
Jekk LE u allura tahseb li din il-proposta mhix adekwata ibghat SMS fuq 5061 4115

Intant kif thabbar fil-Konferenza Stampa fejn giet mnedija t-tielet edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards se tkun ipprezentata kanzunetta waqt is-serata. L-isem ta' din il-kanzunetta hi "Ghax Ahna Nhobbu l-Football". Din il-kanzunetta b' lirika ta' Enzo Guzman u kompozizzjoni ta' Philip Vella tinkludi versi b' referenza diretta lejn in-nies li jmissu direttament il-football, fosthom il-players, il-coaches, ir-referees, id-dirigenti u anke l-partitarji. Fil-fatt din il-kanzunetta ser tkun kantata minn dawn in-nies.