Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Ir-Raba' edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards fis-16 ta' Lulju
Ir-raba' edizzjoni tal-Westin Malta Football Awards ser isiru nhar is-Sibt 16 ta' Lulju 2005 gewwa l-lukanda Westin Dragonara f' San Giljan. Dawn l-Awards ser jergghu ikunu organizzati fix-xahar ta' Lulju ftit gimghat biss qabel ma jibda l-Kampjonat Premier ta' l-istagun 2005-06.
F' Konferenza Stampa indirizzata minn Sandro Micallef, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv tal-Westin Malta Football Awards thabbar li l-maggoranza ta' l-Awards sinonimi ser jergghu jinghataw izda bhal kif isir kull sena qeghdin jirniedu Awards godda sabiex tibqa' tinzamm it-tradizzjoni li f' kull edizzjoni jinghata Award jew iktar godda. Fil-fatt il-Kumitat Organizzattiv din is-sena haseb biex iniedi tlett Awards godda partikolari. Dawn ser ikunu:
L-ahjar Player fil-Kampjonat Ghawdxi
L-ahjar Player tal-Futsal (Indoor Football) u
L-iktar Player favorit mal-pubbliku
B' referenza ghal dawn l-Awards gie spjegat li ghall-Award ta' l-Ahjar Player fil-Kampjonat Ghawdxi kienu mistiedna sabiex jivvutaw il-gurnalisti li jsegwu l-Kampjonat Ghawdxi kif ukoll il-coaches tat-teamijiet tal-Ewwel Divizjoni tal-GFA. Restrizzjoni partikolari kienet li inghataw struzzjonijiet lil min ivvota li eligibbli kienu ser ikunu biss players Ghawdxin u players li ghandhom ic-cittadinanza Maltija. F' dak li ghandu x' jaqsam ma' l-Award l-iehor jigifieri l-Ahjar Player tal-Futsal gie spjegat li hawn ghal dan l-Award ivvutaw il-coaches jew rapprezentanti tat-teamijiet kollha ta' l-Ewwel Divizjoni tal-Futsal. Hawn saret referenza partikolari li min ivvota seta biss jaghmel hekk lill-players li laghbu fl-ghola divizjoni u mhux f' divizjonijiet inferjuri ohra.
Ghal din ir-raba' edizzjoni il-Kumitat Organizzattiv tal-Malta Football Awards lahaq ftehim mal-kumpanija General Soft Drinks sabiex permezz tal-prodott POWERADE iniedi Award iehor innovattiv. Dan ser ikun il-POWERADE Public Best Player Award. Il-pubbliku qed ikun mistieden jesprimi l-opinjoni tieghu permezz ta' sms u jivvota ghall-player favorit. Is-sistema hi wahda semplici fejn il-Kumitat Organizzattiv ghazel sitt players ghall-ewwel fazi fejn infethu sitt numri ta' l-sms u numru ta' sms iehor vojt sabiex is-seba' numru jkun dedikat lil players li jridu jkunu ivvutati mill-pubbliku bic-cans li l-iktar player li jakkumula sms jidhol bic-cans li jirbah dan l-Award gdid.
L-ewwel sitt players li gew maghzula mill-Kumitat Organizzattiv huma dawn:
50614001 Gilbert Agius
50614002 Jeffrey Chetcuti
50614003 Andrew Cohen
50614004 Haruna Doda
50614005 Reuben Gauci
50614006 Ivan Woods
50614007 Ghazel Int !!
Wara kull gimgha qed jidhol player fost l-ewwel sitta bl-inqas player li jkun gab voti permezz ta' sms ikun awtomatikament parzjalment eliminat. Matul din il-gimgha akkumula ammont tajjeb ta' sms il-player ta' Foriana Julian Briffa li b' hekk dahal ma' l-ewwel sitta u elimina momentarjament lil Jeffrey Chetcuti ta Sliema.
Il-pubbliku jista' jivvota lil player favorit tieghu li mhux qieghed fost il-players proposti permezz ta' l-sms 50614007 u jikteb isem u kunjom il-player flimkien ma' l-isem tal-club tieghu.
Il-votazzjoni tibqa' ghaddejja sa nofs siegha qabel it-tmiem tas-serata finali tal-Malta Football Awards u r-rizultat ikun imhabbar live waqt is-serata fejn issir il-prezentazzjoni mir-rapprezentanti tal-kumpanija General Soft Drinks.
L-Awards li ser jinghataw fir-raba' edizzjoni huma dawn:
- L-ahjar goalkeeper
- L-ahjar difensur
- L-ahjar midfielder
- L-ahjar attakkant
- L-iktar zaghzugh promettenti
- L-ahjar coach
- L-ahjar player barrani
- L-ahjar player Malti
- L-isbah goal tal-istagun
- L-ahjar player kampjonat tan-Nisa
- L-ahjar player tal-Futsal (1st Div)
- L-ahjar player kampjonat GFA (1st Div)
- L-iktar player favorit mal-pubbliku
Sandro Micallef f' isem il-Kumitat Organizzattiv tenna li bhas-snin precedenti il-persuni li kienu intitolati li jivvutaw ghal dawn l-Awards kienu nies li letteralment imissu l-loghba tal-football lokali b' idejhom. Ghal din is-sena regghu gew mistiedna jivvutaw l-10 Presidenti tal-Clubs tal-Premier, l-10 Coaches u l-10 captains kollha tal-Premier ta' l-istagun li ghadda inkluzi St. Patrick u Lija li sfaw relegati. Ma dawn intitolati wkoll li jivvotaw kien hemm 25 gurnalista iehor li segwew b' mod regolari l-andament tal-Kampjonat Premier.
Gie spjegat li waqt l-ewwel laqgha tal-Kumitat Organizzattiv tal-Westin Malta Football Awards kien hemm suggeriment sabiex il-voti jibdew jinghaddu quddiem Nutar Pubbliku u permezz ta' qbil unanimu mill-membri prezenti tal-laqgha li saret nhar it-8 ta' Gunju gie deciz li l-voti jinghaddu fil-prezenza ta' Nutar Pubbliku. Din se tkun in-Nutara Dr Sharon Fiorentino LLD u b' hekk l-ahhar tliet finalisti ta' kull kategorija ser ikunu mhabbra biss ezattament gimgha qabel is-serata finali.
F' dak li ghandu x' jaqsam l-Award ta' l-isbah goal ta' l-istagun ser terga' tkun addottata s-sistema ta' votazzjoni tas-sena l-ohra fejn membri mill-istampa lokali, flimkien ma' zewg rapprezentanti ta' kull Club ser ikunu mistiedna jivvutaw mal-Kumitat Organizzattiv waqt prezentazzjoni viziva tal-goals li ser issir fl-ewwel gimgha ta' Lulju.
Ghall-ewwel darba kemm ilhom isiru l-Westin Malta Football Awards dawn ser ikunu organizzati minn kumpanija kummercjali bl-isem ta' Events Services li torganizza attivitajiet simili. Dan qed isir biex dawn l-Awards li issa saru drawwa fil-kalendarji lokali jibqghu ikollhom l-identita professjonali li tant tghin attivita bhal din.
Alan Cutajar u Erika Micallef Co-Producers tas-serata spjegaw li ghal sena ohra is-serata ser tkun fuq bazi Gala fejn il-finalisti u dawk kollha b' xi mod relatati mal-football lokali ser ikunu mistiedna jattendu ghal din is-serata sabiex jghixu flimkien l-emozzjoni tal-mument meta jithabbar l-isem tar-rebbieh/a. Huma spjewgaw ukoll li s-serata ser tkun trasmessa b' mod dirett fuq Net TV. Ser jinhargu biss mitt biljett ghall-bejgh u dawn jistghu jinkisbu permezz ta' l-email info@eventsservices.net jew permezz tat-telefon fuq 99498947. Erika Micallef finalment irringrazzjat lill-isponsors le qed jaghtu l-kontribut taghhom fl-edizzjoni ta' din is-sena fosthom: Il-Ministeru ghall-Edukazzjoni Zghazagh u Impjiegi, Westin Dragonara, Melita Digital, Vodafone, Mondo Turf, Powerade, Sign It, Heiniken, TeamSport, Hacienda, XFM u ohrajn.
|