Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Premjazzjoni Annwali tal-Football fuq Melita Sports
Malta Football Awards - il-5 edizzjoni
Live fuq Melita Sports 1 u Channel 47
L-Erbgha 7 ta' Gunju 2006 fit-8.30pm
Il-Hames edizzjoni tal-Malta Football Awards li qedghin jergghu jigu organizzati minn Events Services ghall-ewwel darba ser jixxandru fuq Melita Cable. L-organizatturi Sandro Micallef u Alan Cutajar ghazlu lil dan l-istazzjon wara li Melita Sports sar sinonimu mat-trasmissjonijiet sportivi u allura kien bix-xieraq li l-iktar avveniment popolari sportiv f'Malta jintwera wkoll fuq il-mezzi l-iktar popolari ma' l-isportivi lokali.
Din is-serata hi mistennija hafna mill-players u ufficjali fejn kulhadd ihoss li dawn l-Awards jippremjaw lil min jilhaq il-qofol wara Kampjonat fuq bazi individwali. Vera li jkun hemm min jista' jigi dizzapuntat ghax jippretendi li jirbah izda l-organizzaturi jhossu li r-rizultat finali jkun wiehed mill-aktar gust meta r-rebbieh jigi maghzul mill-istess players u coaches u membri tal-clubs flimkien mal-gurnalisti.
Din is-sena l-Malta Football Awards ser ikunu qedghin jigu mtella` fil-Lukanda Corinthia f'Hattard u f'konferenza Stampa li saret fil-jiem li gejjien thabbar li l-kumpanija Malto Lotteries dahlet ghal-sponsorship ta' tlett snin u issa dan l-avveniment ser jibda jisejjah il-U*BET Malta Football Awards.
Fis-serata li ilha ssir sa mis-sena 2002 jkunu kkontestati diversi kategoriji fosthom :
L-Ahjar Player Malti, l-Ahjar Player Barrani, l-Ahjar Difensur, l-Ahjar Attakkant, l-iktar Zaghzugh Promettenti u diversi Awards ohra.
Barra hekk jinghata award specjali lil xi player jew individwu li jkun ghamel gieh il-loghba tal-Football matul is-snin u dawn jintaghzlu minn bord organizzativ maghmul minn gurnalisti, membri ohra u anke raprezentant mill-MFA. Ta' min isemmi li l-organizatturi Events Services ghandhom l-approvazzjoni tal-Malta Football Association sabiex jorganizzaw din l-attivita` u allura dan jaghmel il-Malta Football Awards attivita` Nazzjonali.
Il-U*BET Malta Football Awards bhalissa jinsabu fuq fomm il-players u coaches jistennew li jakkwistaw dan l-unur prestiggjuz li jizboq lil kull unur iehor li jinghata f'Malta fil-Football fuq bazi individwali.
Il-voti kollha jkunu analizzati quddiem Nutar Pubbliku u r-rizultat jithabbar biss waqt is-serata finali. Hemm min hu iffortunat hu rnexxielu jakkwista invit ghal din is-serata li ser isir nhar l-Erbgha 7 ta' Gunju 2006 Festa Pubblika. Izda hemm minn sfortunatament ghalih mhux ser ikun prezenti fis-sala. Ghal dawn xorta hemm soluzzjoni. Is-Serata minbarra li ser tixxandar fuq Melita Sports 1 ser tixxandar Live ukoll fuq l-Information Channel ta' Melita Cable jigifieri Channel 04 fuq l-analogue u Channel 106 fuq digital. Iktar informazzjoni u ritratti ta' l-edizzjonijiet precedenti tista` tarhom fuq www.maltafootbal.com/awards.
Is-Serata ser ikollha prezentazzjoni ta' Mario Micallef u Miriam Dalli zewg personalitajiet ferm popolari fuq l-iscreens tat-televizjoni tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha.
|