Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Malta Football Awards - Il-Hames edizzjoni live fuq Melita Sports
Nhar l-Erbgha 7 ta' Gunju 2006 fit-20.30
Nhar l-Erbgha 7 ta' Gunju Festa Pubblika fit-20.30hrs Melita Sports ser ixandar edizzjoni ohra tal-U*BET Malta Football Awards li jkunu organizzati mill-gurnalista sportiv Sandro Micallef li hu wkoll il-fundatur ta' dawn l-Awards.
Dan l-avveniment ferm mistenni mid-dilettanti, players u ufficjali tal-Football lokali mistenni ghal sena ohra jinkludi diversi Awards fejn fost l-Awards stabbiliti fl-ewwel erba` edizzjonijiet mistennija jizdieda tnejn godda.
Il-U*BET Malta Football Awards hu avveniment spehjali, avveniment li ta' dimensjoni ohra lil dawk li jahdmu fl-isfera lokali tal-Football. Fl-ahhar ta' l-istagun l-ahjar fost l-ahjar jigu ppremmjati wara stagun mimli tensjoni u qtigh il-qalb fejn il-players u ufficjali protagonisti jinghataw il-premju xieraq waqt serata GALA li din is-sena ser issir gewwa l-lukanda Corinthia Palace Attard.
Il-Kategotiji kollha li l-kumitat Organizattiv ser jaghti Award fihom f'din il-hames edizzjoni huma dawn :
" L-ahjar goalkeeper
" L-ahjar difensur
" L-ahjar midfielder
" L-ahjar attakkant
" L-iktar zaghzugh promettenti
" L-ahjar coach
" L-ahjar player barrani
" L-ahjar player Malti
" L-isbah goal tas-sena
" L-ahjar player tal-Futsal
" L-Ahjar player Ghawdxi
Ma din il-lista din is-sena ser jigi varat Award gdid dak ta' l-Ahjar player Malti skond il-fehma tal-pubbliku li mistenni jattira attenzjoni partikolari. Filfatt il-publiku sportiv jista` jivvota ghall-player favorit tieghu billi jibghat sms sa minn issa u anke live waqt is-serata bl-ghazlu tieghu fuq 50614005.
Is-serata se tkun prezentata mill-attur Mario Micallef u mill-gurnalista Miriam Dalli. Sabiex tkun tista` titella` din is-serata kien hemm bzonn l-ghajnuna ta' hafna nies li kollha kienu koordinati minn Erika Micallef u Alan Cutajar. Zewg persuni li kienu fundamentali fl-organizazjoni minn wara l-kwinti ta' din is-sena kienu z-zewg gurnalisti sportivi Mark Attad u Rodney Vassallo.
Bhal kull sena sa minn qabel dawn l-Awards ikun hemm dejjem xamma ta' liema team mistenni li jirbah l-iktar ammont ta' Awards. Izda tkun verament difficli biex tipprova taqta` min ser jirbah l-Awards individwali. Vera li Birkirkara rebhu l-Kampjonat izda tghid ser jirnexxielhom jirbhu l-maggoranza ta' l-Awards f'din il-hames edizzjoni?
Dawn il-Football Awards gabu stennija kbira maghhom u allura sabiex il-votazzjoni tkun mill-iktar transparenti u reali, l-Kumitat Organizattiv jistieden lil grupp partikolari ta' nies sabiex jivvutaw. U alluura min aqwa minn dawn biex verament jghid min kien l-ahjar fil-kategorija tieghu:
30 Gurnalist mill-mezzi kollha tax-xandir
10 Presidenti tal-Clubs tal-Prmier
10 coaches tat-teamijiet tal-Premier
u 10 Captains tat-teamijiet tal-Premier
L-Isponsors ufficjali tal-hames edizzjoni tal-U*BET Malta Football Awards huma:. Melita Digital, Corinthia, Maltco Lotteries, Powerade, Kunsill Malti ghall-Isports, Vodafone, Budweiser u Sign It.
Is-Serata ser tixxandar b'mod dirett fuq Melita Sports 1 u Channel 47 u ser tkun ghad-dispozizzjoni ta' l-abbonati kollha ta' Melita Cable fuq l-Information Channel jigiefieri channel 04 analogue u channel 106 digital. L-organizatturi Events Services habbru li l-pubbliku ingenerali jista` biss ikun prezenti fis-sala permezz ta' invit mill-Clubs rispettivi. Ghall-aktar informazzjoni zur il-websajt www.maltafootball.com/awards.
|