maltafootball.com

Home  

Latest News  


1st Edition - 2002  
2nd Edition - 2003  
3rd Edition - 2004  
4th Edition - 2005  
5th Edition - 2006  
6th Edition - 2007  
7th Edition - 2008  


Photo Gallery  


Contact  



maltafootball.com  




 
The Malta Football Awards

0  Melita Digital Malta Football Awards - il-Hames edizzjoni

Vodafone Malta u XFM partners ufficjali
Il-Hames edizzjoni tal-Malta Football Awards ser titella` nhar l-Erbgha 7 ta’ Gunju 2006, Festa Pubblika gewwa l-lukanda Corinthia Palace Attard. Il-Malta Football Awards din is-sena ser ikunu msiehba ma’ ghadd ta’ sponsors godda u ohrajn diga` stabbiliti u assocjati ma’ dan l-avveniment li issa dahal fil-kalendarju tal-Football lokali. Ghal din is-sena dawn l-Awards qed jinghataw l-isem ta’ Melita Digital Malta Football Awards.

Il-Hames edizzjoni ta’ din is-sena ser jigu organizzati grazzi ghall-ftehim ta’ sponsorship u partnership ufficjali ma’ diversi azjendi fost l-ohrajn l-istazzjon tar-radju XFM u Vodafone Malta b’dawn ta’ l-ahhar jikkonfermaw is-sapport taghhom ghat-tielet sena konsekuttiva u b’hekk jistabbilixxu ruhhom bhala azjenda li dejjem tissaportja avvenimenti ta’ kwalita`.

F' Konferenza Stampa indirizzata minn Sandro Micallef, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv tal-Melita Digital Malta Football Awards thabbar li l-maggoranza ta' l-Awards sinonimi ser jergghu jkunu ikontestati, izda bhal kif isir kull sena qeghdin jitniedu Awards godda sabiex tibqa' tinzamm it-tradizzjoni li f' kull edizzjoni jinghata Award jew iktar godda. Fil-fatt Events Services din is-sena hasbu biex iniedu zewg Awards godda partikolari. Dawn ser ikunu:
  • L-Ahjar Player Veteran ‘il fuq minn 36 sena
  • L-Ahjar Player ta’ l-Ewwel Divizjoni
  • L-Ahjar Player Malti skond il-pubbliku


B' referenza ghal dawn l-Awards godda gie spjegat li ghall-Award ta' l-Ahjar Player veteran dan irid ikun laghab minn ta’ l-anqas ghaxar loghbiet fil-Kampjonat 2005/06 u li spicca l-istagun bhala player attiv u ma jkunx ghadu rtira. F'dak li ghandu x' jaqsam ma' l-Award l-iehor jigifieri l-Ahjar Player ta’ l-Ewwel Divizjoni gie spjegat li ghal dan l-Award ser jivvutaw il-coaches jew rapprezentanti tat-teamijiet kollha ta' l-Ewwel Divizjoni u l-gurnalisti li jsegwu l-loghob ta’ l-Ewwel Divizjoni.

Ghal din il-hames edizzjoni Events Services rega` gedded il-ftehim mal-kumpanija General Soft Drinks sabiex permezz tal-prodott POWERADE iniedi Award iehor innovattiv. Dan ser ikun l-Award ta’ l-Ahjar player Malti skond il-pubbliku.. Il-pubbliku qed ikun mistieden jesprimi l-opinjoni tieghu permezz ta' sms u jivvota ghall-player favorit. Is-sistema hi wahda semplici fejn Events Services qieghed ipoggi ghad-dispozizzjoni numru ta’ l-sms li huwa 506 14005 u hemm ikunu registrati l-voti. Kull min jippartecipa jidhol bic-cans li jirbah diversi premijiet.

Il-votazzjoni tibqa' ghaddejja sa kwarta qabel it-tmiem tas-serata finali tal-hames edizzjoni tal-Melita Digital Malta Football Awards u r-rizultat ikun imhabbar live waqt is-serata fejn issir il-prezentazzjoni mir-rapprezentanti tal-kumpanija General Soft Drinks.

L-Award ta’ l-Ahjar Player Malti hekk kif ivvutat minn dawk kollha li huma intitolati ghall-vot xorta ser jinghata.

L-Awards li ser jinghataw fil-hames edizzjoni tal-Melita Digital Malta Football Awards huma:
  • L-ahjar goalkeeper
  • L-ahjar difensur
  • L-ahjar midfielder
  • L-ahjar attakkant
  • L-iktar zaghzugh promettenti
  • L-ahjar coach
  • L-ahjar player barrani
  • L-ahjar player Malti
  • L-isbah goal tal-istagun
  • L-ahjar player kampjonat femminili
  • L-ahjar player tal-Futsal (1st Div)
  • L-ahjar player kampjonat OnVol 1st Div GFA
  • L-ahjar player Malti skond il-pubbliku
  • L-ahjar player veteran ‘il fuq minn 36 sena
  • L-ahjar player ta’ l-Ewwel Divizjoni
  • Award/s ghall-karriera


Novita` gdida hi marbuta ma’ l-Award ta’ l-ahjar Goalkeeper li sa min din is-sena dan l-Award ser jissemma l-Award ghall-ahjar Goalkeeper ad unur David Cluet. Dan qed isir fuq inizjattiva ta’ l-Ghaqda Kittiebba Sports li fi ftehim ma’ Events Services ser tkun qed tibqa` tfakkar lil dan l-ex Goalkeeper internazzjonali permezz tal-Malta Football Awards. Il-Goalkeeper li ser jirbah l-Award ta’ l-Ahjar Goalkeeper din is-sena b’hekk ser jinghata zewg trofej, dak ta’ Events Services li jzomm ghal dejjem, u dak ta’ l-GH.K.S li jzomm ghal sena.

Events Services il-kumpanija li qed torganizza dawn l-Awards tirriserva d-dritt li tilqa` suggerimenti u nominazzjonijiet mill-Kumitat Organizattiv ghall-Awards godda u posibilment suggerimenti dwar individwi li haqqhom ikunu ikkunsidrati ghall-Award ghall-karriera.

Sandro Micallef f' isem Events Services tenna li bhas-snin precedenti il-persuni li ser ikunu ntitolati li jivvutaw ghal dawn l-Awards huma nies li huma involuti fil-loghba tal-football lokali . Ghal din is-sena ser jergghu ikunu mistiedna jivvutaw l-ghaxar Presidenti tal-Clubs tal-Premier, l-ghaxar Coaches u l-ghaxar captains kollha tal-Premier. Ma dawn intitolati wkoll li jivvotaw hemm 30 gurnalista iehor li segwew b' mod regolari l-andament tal-Kampjonat Premier 2005-06.

Ghat-tieni sena konsekuttiva il-voti kollha ser jinghadu fil-prezenza ta’ Nutar Pubbliku. Din is-sena in-Nutar ser tkun Dott. Roberta Bisazza.

Finalment gie spjegat li ghall-hames sena konsekuttiva is-serata ser tkun fuq bazi Gala fejn il-finalisti u dawk kollha b' xi mod relatati mal-football lokali ser ikunu mistiedna jattendu ghal din is-serata sabiex jghixu flimkien l-emozzjoni tal-mument meta jithabbar l-isem tar-rebbieh/a. Is-serata ser tkun trasmessa b' mod dirett fuq it-Televizjoni lokali. Din is-sena l-ghazla waqghet fuq Melita Digital fejn is-serata ser tixxandar diretta fuq Melita Sports 1 / Channel 47 kif ukoll fuq l-Information Channel (04 analogue / 106 digital) liema channel ser ikun miftuh ghal kulhadd. Is-Serata ser tkun qed tigi ipprezentata minn Mario Micallef u Miriam Dalli li tul is-serata jistiednu diversi personalitajiet sabiex ihabbru r-rebbieh/a ta’ kull kategorija.

Ser jinhargu biss mitt biljett ghall-bejgh u dawn jistghu jinkisbu permezz ta' l-email eventsservices@onvol.net jew permezz tat-telefon fuq 99498947. Sandro Micallef finalment irringrazzja lill-isponsors li qed jaghtu l-kontribut taghhom fl-edizzjoni ta' din is-sena fosthom: Il-Kunsill Malti ghall-Isport, Corinthia Palace, Melita Digital, Vodafone Malta, Powerade, XFM, Bristrow Potteries, Maltco Lotteries, Team Sports, Aristocrat, Alfred Gera and Sons Ltd u ohrajn.



maltafootball.com

© 2001-2008 Malta Football Awards & maltafootball.com