maltafootball.com

Home  

Latest News  


1st Edition - 2002  
2nd Edition - 2003  
3rd Edition - 2004  
4th Edition - 2005  
5th Edition - 2006  
6th Edition - 2007  
7th Edition - 2008  


Photo Gallery  


Contact  



maltafootball.com  




 
The Malta Football Awards

0  Roderick Bajada jinsab fuq quddiem fl-ghazla tal-pubbliku

Il-plejer internazzjonali Malti u ta’ Sliema W. Roderick Bajada, jinsab fuq quddiem fil-klassifika provizorja ta’ l-Award ghall-Ahjar Player Malti skond il-pubbliku ghall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Football Awards.

Kif kien thabbar f’Konferenza Stampa minn Events Services, organizzaturi tal-Malta Football Awards, din is-sena, qed jitnieda dan l-Award sponsorjat minn Powerade, fejn il-pubbliku ingenerali qed jinghata l-opportunita` li jsemma lehnu u jesprimi l-opinjoni tieghu dwar min jahseb li kien verament l-ahjar plejer Malti fl-istagun lokali 2005/06. Roderick Bajada prezentement jinsab igawdi vantagg fuq iz-zewg plajers Champions renjanti ta’ B’Kara Etienne Barbara u Michael Galea rispettivament. Skond l-ahhar aggornament minn Vodafone u Go Mobile, f’din il-votazzjoni, qeghdin ikollhom voti wkoll il-plejers Andrew Cohen, Simon Agius, Gilbert Agius, Dyson Falzon u Brian Said fost l-ohrajn. Il-pubbliku bhalissa jista’ jivvota ghal dan l-Award u jista’ jibqa’ jaghmel dan fuq in-numru 506 14 005 billi jibghat l-isem tal-plejer favorit permezz ta’ SMS sa kwarta mit-tmiem tas-serata finali tal-Melita Digital Malta Football Awards, li se ssir nhar l-Erbgha 7 ta’ Gunju, 2006. Din is-serata se tkun trasmessa diretta fuq l-iSports Channel u fuq l-Information Channel ta’ Melita Cable, liema channel se jkun miftuh ghall-klijenti kollha ta’ Melita.

Sandro Micallef, chairperson tal-Kumitat Organizzattiv ta’ dawn l-Awards, irrimarka li bhalissa jinsabu ghaddejja l-ahhar thejjijiet ghas-serata finali li se ssir gewwa l-Corinthia Palace, Attard. “Din is-sena hemm stennija kbira ghal dawn l-Awards u bhal kull sena hemm aspettattiva kbira minn plejers, coaches, ufficjali u anki supporters sabiex ikunu jafu min hareg bl-unuri fil-kategoriji rispettivi”, temm jghid Micallef.

Apparti l-kategoriji stabbiliti fl-erba’ edizzjonijiet precedenti, jigifieri l-Ahjar Goalkeeper, Difensur, Midfielder, Attakkant, Zaghzugh Promettenti, Coach, Barrani, Malti u l-Isbah Goal ta’ l-Istagun, hemm il-kategoriji l-godda ghal din is-sena li huma: L-Ahjar Player ta’ l-Ewwel Divizjoni u l-Ahjar Player Veteran ‘il fuq minn 36 sena. Minbarra dawn l-Awards, se jinghataw ukoll l-Awards ghall-Ahjar Player Futsal, l-Ahjar Player Ghawdxi u l-Ahjar Player Femminili.

Mitlub jikkummenta dwar l-Award ghall-Karriera ghall-edizzjoni ta’ din is-sena, qal “L-Award ghall-Karriera ghal din l-edizzjoni se jerga’ jinghata u hemm possibilita kbira li jinghataw iktar minn Award wiehed u nixtieq li kif il-plejers finalisti ma jkunux jafu min minhom rebah l-Award, lanqas ma rrid nizvela min se jigi ppremjat b’dan l-Award prestiggjuz ghall-Karriera.”

Intant, il-gbir u l-ghadd tal-voti gie fi tmiemu u ghaldaqstant, nhar it-Tnejn 5 ta’ Gunju se jkunu maghrufa u pprezentati l-finalisti.



maltafootball.com

© 2001-2008 Malta Football Awards & maltafootball.com