Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Protest Gudizzjarju dwar il-Malta Football Awards
Il-Bierah it-Tlieta 7 ta' Marzu Events Services organizatturi tal-Westin Malta Football Awards ipprezentaw protest gudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Civili kontra John Busuttil, Robert Cutajar Producers ta' program dwar il-football lokali u Net TV.
F'dan il-protest id-diretturi ta' Events Services Sandro Micallef u Alan Cutajar qedghin jipprotestaw dwar l-allegat tentattiv li dawn l-individwi u Net TV qedghin jippruvaw b'xi mod jorganizaw attivita` simili bhal Malta Football Awards. Din l-attivita` ilha tkun organizzata ghal dawn l-ahhar erba` snin minn Sandro Micallef gurnalista u prezentatur sportivi permezz tal-kumpnaija Events Services u attivita` li tista` tixbah, tkun bhal, jew taghti l-impressjoni li tista` tkun fuq l-istess format tikser l-Artiklu 32 u 34 tal-kodici tal-Kummerc dwar abbuz ta' uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintivi. Permezz ta' din l-istqarrija Events services jixtiequ jikkonfermaw li huma ser jergghu jorganizzaw l-edizzjoni ta' din is-sena li hi l-hames edizzjoni liema attivita` din is-sena ser tkun imxanndra fuq l-Isports Channel tal-Melita Sports kif ukoll fuq l-Information Channel tal-Melita Cable li ser ikun miftuh ghall-klijenti kollha anke ghal dawk li mhumiex abbonati ghac-channels sportivi. Il-Protest Gudizzjarju ghan-nom ta' Events Services kien ipprezentat mill-Avukat David Farrugia Sacco LL.D
Protest ta' Sandro Micallef u Alan Cutajar ezercenti l-kummerc u ghan nom tas-socjeta Events Services.
Jesponu bir-rispett:
1. Illi fis-sena 2000 l-protestanti kienu dahlu fi ftehim eskluzziv mal-Malta Football Association biex ikunu l-organizzaturi ufficjali tal-'Malta Football awards', kif fil-fatt ghamlu ghal dawn l-ahhar erba' snin konsekutivi;
2. Illi l-protestani dejjem organizzaw l-imsemmija 'Malta Football awards' gewwa l-lukanda Westin Dragonara Resort, liema attivita' tkun imxandra fuq it-televizzjoni lokali, u f'dawn l-ahhar sentejn kien hem anke xandira diretta;
3. Illi l-'Malta Football awards' huma appuntament fiss fil-kalendarju sportiv u senjatament kalcistiku, tant li huma nkluzi fil-pubblikazzjonijiet ufficjali tal-Malta Football Association;
4. Illi fil-'Malta Football awards' jinghataw is-segwenti premijiet, ossia, Best Maltese Player, Best Foreign Player, Best Striker, Best Goalkeeper, Best Defender, Best Midfielder, Best Coach, Best Match Official Referee or Ass referee, Most Promising Youngster, Best Futsal Player (Indoor Football), Best Gozo League Player, Best Woman's Football Player, Best Goal of the season, Most favorite player voted by the public, Special Career Award;
5. Illi l-'Malta Football awards' isiru taht il-patrunagg tal-Ministru ghall-Isport u din is-sena ser ikunu taht il-patrunagg tal-Prim Ministru peress illi huwa l-hames anniversarju, u mistiedna ghal lejla jkun hemm plejers, ufficjali u membri tal-klabbs kollha, supporters, u personalitajiet varji;
6. Illi l-protestati habbru fil-programm taghhom bl-isem 'Replay'tas-26 ta' Frar 2006 illi huma bhala producers flimkien ma' Net Television ser jorgannizaw il-'Westin Replay Football Awards';
7. Illi bl-imsemmi agir il-protestati jew min minnhom kissru l-Artikli 32 u 34 tal-Kodici Tal-Kummerc dwar Abbuz ta' uzu ta' ismijiet, marki jew sinjali distintivi u tixrid ta' notizzji bi hsara ta' kummercjanti ohra.
8. Illi l-protestati abbuzivament taw indikazzjoni cara li ser jaghmlu uzu ta' isem, marka jew sinjal distintiv li jistghu jqarrqu lil haddiehor fuq il-vera importanza tad-ditta jew jgibu tahwid ma' isem, marka jew sinjal distintiv iehor uzat skond il-ligi mill-protestanti, liema isem, marka jew sinjal distintiv tal-protestanti huwa registrat skond l-Att dwar it-Trademarks;
9. Illi l-protestati bi hsiebhom ghal skop ta' konkorrenza, jxerrdu notizzji li jistghu jaghmlu hsara lill-industrja jew kummerc tal-protestanti u jew jaghmlu uzu ta' onorificenzi, warrants ta' privattivi, medalji, premjijiet jew distinzjonijiet ohra li ghalihom ma jkollhomx jedd jew li jkunu qalghuhom ghal xi linja ohra ta' industrja jew ta' kummerc;
10. Illi in oltre l-protestati bi hsiebhom jaghmlu uzu ta' persuni tal-lukanda Westin Dragonara Resort, liema persuni kienu kuntratati mill-protestanti u ghaldaqstant parruccani taghhom;
GHALDAQSTANT filwaqt li l-protestanti jgharrfu John Busittil u Robert Cutajar f'isimhom proprio kif ukoll bhala producers ta' 'Replay', u Medialink Communications ghal kull interess li jista' jkollha, jipprotestaw ruhhom formalment kontra taghhom u ssejhilhom sabiex minnufih jiddezistu milli jorgannizaw il-'Westin Replay Football Awards' u jiddifahom milli jikkommettu atti ohra ta' konkorrenza zleali. Il-protestanti qeghdin izommu lil protestati hawn fuq imsemmija responsabbli ghad-danni kollha li huma sofrew u qeghdin isofru minhabba l-agir taghhom, u jqeghduhom f'dolo, moro u culpa ghal finijiet u effetti kollha tal-ligi.
Dr. David Farrugia Sacco PL
Protestanti: Sandro Micallef u Alan Cutajar ghan nom tas-socjeta Events Services, 41, Triq Joseph Sciberras, Hamrun.
Protestati: 1. John Busittil, Robert Cutajar 'Replay', Net Television, Triq Herbert Ganado, Hamrun.
2. Media.link Communications Company Ltd, Triq Herbert Ganado, Hamrun.
|