Home
Latest News
1st Edition - 2002
2nd Edition - 2003
3rd Edition - 2004
4th Edition - 2005
5th Edition - 2006
6th Edition - 2007
7th Edition - 2008
Photo Gallery
Contact
maltafootball.com
|
|
Coke Zero Best Support Award fil-Malta Football Awards
Kmieni wara nofsinhar, saret Konferenza Stampa gewwa l-Corinthia Palace, Attard fejn General Soft Drink Co. Ltd flimkien ma’ Events Services, l-organizzaturi tal-Malta Football Awards habbru li se jitniehda award gdid bl-isem ta’ Coke Zero Best Support Award fi hdan il-kampanja taghhom Coca-Cola Best Fan Award.
Dan l-Award se jippremja l-isbah support matul dan l-istagun fil-kampjonati kollha lokali, jigifieri l-Kampjonat BOV Premier, il-Kampjonat BOV L-Ewwel Divizjoni, il-Kampjonat BOV It-Tieni Divizjoni u l-Kampjonat BOV It-Tielet Divizjoni.
Is-partitarji huma mhegga biex jidhlu fis-sit www.cokezero.com.mt, joholqu login name u password u mbaghad minn hemm ‘il quddiem ikollhom il-facilita li jpoggu ritratti u japplowdjaw il-videos tas-support tat-team rispettiv taghhom fuq din il-website. Ovvjament, dawn jitpoggew on line wara tnax-il siegha wara li jkun hemm persuna inkarigata apposta li tara li l-kontenut ta’ dawn ir-ritratti u l-videos huwa wiehed xieraq. Tajjeb nghidu, li l-gurija se tkun qed taghti kaz il-korjografija, l-imgiba sportiva fl-istadium, l-originalita tal-banners u l-innijiet.
Se jkun hemm ukoll gurija apposta maghmula minn membri minn diversi oqsma sabiex huma wkoll jaghtu l-opinjoni u l-vot taghhom ta’ min haqqu jirbah l-isbah support. Il-gurija se tkun maghmula minn:
Dr. Peter Fenech – Vici President MFA
Joe Micallef - General Secretary Youth FA
Dominic Aquilina - Photo Reporter
Stephen Gatt - Photo Reporter
Tony Debono - Ex-President MFA Supporters Club
Carmelo Bartolo – Supredendent Korp Pulizija
Sandro Micallef - Chairperson Malta Football Awards
Ghalhekk, ir-rebbieh tal-Coke Zero Best Support Award se jithabbar waqt is-Seba’ Edizzjoni tal-Malta Football Awards li se ssir fis-6 ta’ Gunju li gej. Is-support rebbieh jiehu l-voti permezz ta’ hamsin fil-mija tal-vot tal-gurija u hamsin fil-mija permezz tas-supporters li jistghu jivvutaw sew permezz tal-website www.cokezero.com.mt u sew permezz ta’ l-SMS Voting billi jintbaghtu l-SMS’s bl-isem tat-team li haqqu jirbah dan l-award fuq 5061 4914. Is-supporters ghandhom cans jivvutaw mil-lum 3 t Ápril sas-26 ta’ Mejju 2008.
Iktar ‘il quddiem, waqt Konferenza Stampa ohra matul ix-xahar ta’ Mejju, se tithabbar ufficjalment id-data u iktar dettalji dwar is-Seba’ Edizzjoni tal-Malta Football Awards ta’ din is-sena.
Ghal iktar informazzjoni dwar ir-regolamenti u l-metodu ta’ kif il-partitarji jistghu jippartecipaw f’din l-inizjattiva wiehed ghandu jidhol fis-sit www.cokezero.com.mt u www.maltafootball.com/awards
|