maltafootball.com

Home  

Latest News  


1st Edition - 2002  
2nd Edition - 2003  
3rd Edition - 2004  
4th Edition - 2005  
5th Edition - 2006  
6th Edition - 2007  
7th Edition - 2008  


Photo Gallery  


Contact  



maltafootball.com  




 
The Malta Football Awards

0  Illejla jithabbru r-rebbieha tal-Malta Football Awards

Wasal l-avveniment sportiv annwali li hafna jkunu qed jistennew - illejla gewwa l-Corinthia Palace Attard tittella' s-Seba Edizzjoni Edizzjoni tal-Melita Digital Malta Football Awards. L-istennija din is-sena hija wahda kbira anki minhabba l-fatt li hemm 19-il award li se jinghataw matul is-serata li se tkun imxandra LIVE fuq Melita Sports u l-Weather & Info Channel miftuh ghal kull klijent ta' Melita Cable, b'ripetizzjoni l-ghada s-Sibt fuq E22.

Fost l-Awards Prestiggjuzi li se jinghataw illejla insibu l-Award ghall-Aqwa Coach, l-Aqwa Difensur, l-Aqwa Midfielder, l-Aqwa Attakkant u l-Aqwa Goalkeeper. Awards ohra missielta jkunu dawk ghall-Iktar Zaghzugh Promettenti, l-isbah Goal ta' l-Istagun, l-Aqwa Player Veteran 'il fuq minn 36 sena, l-Aqwa Player Barrani u l-Aqwa Player Malti. F'din is-Seba' Edizzjoni, Events Services hasbet biex tniehdi award gdid - dak ta' l-Aqwa Player tat-Tieni Divizjoni kif ukoll issahhah l-Award ghall-Isbah Support bil-ghajnuna tal-kampanja Coke Zero Best Support Award fejn ir-rebbieh illejla jircievi f'2500 euro biex isebbah is-support tieghu l-istagun illi jmiss.

Is-serata tal-lejla se tkun prezentata mill-prezentatrici tal-programm sportiv Line Up Catherine Xuereb u l-attur Mario Micallef li flimkien se jkunu qed jaghtu informazzjoni dwar il-kategoriji rispettivi u kif saret il-votazzjoni biex intghazlu t-tliet finalisti f'kull kategorija.

Matul is-serata, grazzi ghall-ghajnuna tal-Malta Tourism Authority se jkun mistieden ukoll il-football free-styler mill-Olanda Soufiane Touzani li se jkun qed jaqsam it-talenti tieghu ma' l-udjenza prezenti u mat-telespettaturi.

Events Services tixtieq tfakkar lit-telespettatui li jistghu jibqghu jivvutaw ghall-Coke Zero Best Support Award fuq in-numru ta' l-SMS 50614914 sa kwarta qabel tmiem is-serata. Iktar informazzjoni fuq is-sit www.maltafootball.com/awards u www.eventsservices.tv. Il-producers tas-Seba' Edizzjoni tal-Melita Digital Malta Football Awards jixtiequ jirringrazzjaw lil dawn l-isponsors: Corinthia Palace Attard, Melita Digital, BWIN, Coke Zero, Strand Electronics, Sterling Jewellers,Eurosport, MFCC, ADT, Malta Tourism Authority, Kunsill Malti ghall-Isport, Bank of Valletta, ETC, Carmelo Abela Marketing, Titan, Hamilton Travel, Aristocrat, Sports Experience Trophies u John's Garage.



maltafootball.com

© 2001-2008 Malta Football Awards & maltafootball.com