Melita Malta Football Awards - Jitħabbru l-finalisti tat-Tmien Edizzjoni

Il-Kumitat Organizzattiv tat-Tmien Edizzjoni tal-Melita Malta Football Awards għadu kemm ħabbar il-finalisti ta' din l-edizzjoni li se ssir nhar it-Tlieta 2 ta' Gunju 2009 ġewwa l-lukanda Grand Hotel Excelsior fil-Floriana.

Apparti l-Awards tradizzjonali li huma sinonimi ma' dawn l-Awards din is-sena żdiedu żewg awards oħra li huma l-Award għall-Aqwa player tal-Kampjonat MFA BOV tat-Tielet Divizjoni kif ukoll l-Award tal-Player Favorit skond il-Pubbliku. Dan ta' l-aħħar huwa l-uniku award li l-votazzjoni għalih għadha miftuħa u appuntu tintemm waqt is-serata li se terġa` tixxandar Live fuq Melita Sports kif ukoll fuq il-Weather and Information Channel ta' Melita. Id-dilettanti tal-football lokali u partitarji jistgħu jivvutaw għall-iktar player favorit permezz tal-sms fuq 5061 4914. Abbonati ma' Melita Mobile jistgħu wkoll jippartecipaw billi jibagħtu l-isem tal-player favorit tagħhom fuq in-numru 5061 4008. Sal-ħadd 24 ta' Mejju il-Captain ta' Tarxien Rainbows Steve Sadowski kien irċieva l-ikbar ammont ta' voti bl-sms u għandu vantaġġ minimu fuq iż-żewg players Gilbert Agius ta' Valletta u Mario Muscat ta' Hibernians. Il-votazzjoni tintemm waqt is-serata.

Intant Sandro Micallef Chairman tal-Kumitat Organizzattiv ikkumenta li jinsab sodisfatt bir-rispons ta' dawk li kienu ntitolati li jivvutaw għax daħlu lura l-maġġoranza tal-voti qabel id-data tal-għeluq biex jibda l-proċess ta' eliminazzjoni biex ikunu stabbiliti t-tliet finalisti ta' kull kategorija. Għall-awards tradizzjonali marbuta mal-Kampjonat BOV Premier kienu mistiedna jivvutaw l-10 Presidenti tal-Premier, l-10 Coaches tal-Premier u l-10 Captains tal-Premier. Magħhom ivvutaw ukoll 45 ġurnalista sportiv.

Għalkemm dawn l-Awards huma l-iktar iffukati għar-rebbieha tar-rwoli rispettivi fil-kampjonat Premier, il-Kumitat Organizzattiv bi pjaċir innota l-koperazzjoni tal-Clubs ta' Diviżjonijiet inferjuri b'mod partikolari it-Tieni Divizjoni, it-Tielet Divizjoni u anke l-Futsal. Dawn ikkonkorrew bi ħġarhom permezz tal-voti tagħhom.

Il-Finalisti tat-Tmien Edizzjoni huma s-segwenti:
L-Aqwa Goalkeeper
Anthony Curmi (Tarxien R.)
Andrew Hogg (Valletta)
Mario Muscat (Hibernians)

L-Aqwa Difensur
Luke Dimech (Valletta)
Ronni Hartvig (Birkirkara)
Alex Muscat (Sliema)

L-Aqwa Midfielder
Roderick Briffa (Valletta)
Andrew Cohen (Hibernians)
Clayton Failla (Hibernians)

L-Aqwa Attakkant
Daniel Mariano Bueno (Tarxien)
Njongo Priso Doding (Valletta)
Terrence Scerri (Hibernians)

L-Aqwa Coach
John Buttigieg (Birkirkara)
Mark Miller (Hibernians)
Paul Zammit (Valletta)

L-Iktar Žaghżugh Promettenti
Miguel Ciantar (Sliema)
Jean Paul Farrugia (Hibernians)
Tyrone Farrugia (Msida SJ)

L-Aqwa Player Malti
Andrew Cohen (Hibernians)
Clayton Failla (Hibernians)
Terrence Scerri (Hibernians)

L-Aqwa Player Barrani
Daniel Mariano Bueno (Tarxien)
Christian Callejas (Hibernians)
Sylvano Comvalius (Hamrun)

L-Aqwa Player Femminili
Eleonora Agliano (Birkirkara)
Ylenia Carabott (Sliema Raiders)
Rachel Cuschieri (Birkirkara)
Sonia Farrugia (Sliema Raiders)

L-Aqwa Player Veteran (35 sena)
Gilbert Agius (Valletta)
Jeffrey Chetcuti (Sliema)
Brian Said (Marsaxlokk)

L-Aqwa Player tal-Futsal (Div 1)
Zeljko Anicic (Jeepers)
Nicholas Bilocca (Aluserv)
Alexander Ribic (White Eagles)
Bjorn Vassallo (Aluserv)

L-Aqwa Player Kampjonat GFA
Mario Azzopardi (Sannat)
John Camilleri (Sannat)
Mark Muscat (Sannat)

L-Aqwa Player ta' l-Ewwel Diviżjoni
Steve Borg (Mosta)
Martin Deanov (Pieta)
Anthony Eviparker (Vittoriosa)

L-Aqwa Player tat-Tieni Diviżjoni
Aaron Agius (Balzan)
Matthew Borg (Melita)
Michael Martin (Melita)

L-Aqwa Player tat-Tielet Diviżjoni
Ayrton Buhagiar (Mdina)
Mark Camilleri (Siggiewi)
Alan Spiteri (Gharghur)


Intant fl-isfond tad-diversi goals sbieħ li ġew skorjati wara li għalqet il-votazzjoni il-Kumitat Organizattiv għazel li jiddiskuti din il-kategorija fil-laqgħa li jmiss din il-gimgha.

Iktar dettalji dwar l-edizzjoni ta' din is-sena u ritratti ta' edizzjonijiet preċedenti tista` tinkiseb minn fuq il-link www.maltafootball.com/awards.

Il-Melita Malta Football Awards qed ikunu organizzati bl-appoġġ tal-Malta Football Association u tal-Clubs kollha affiljati.

NB. Il-fatt li hemm kategoriji b'erba` finalisti jfisser li zewg players jew iktar ircevew l-isess ammont ta' voti