Illejla jittellgħu il-Melita Malta Football Awards

Wasal l-avveniment sportiv annwali li hafna jkunu qed jistennew - illejla gewwa l-Grand Hotel Excelsior tittella' t-Tmien Edizzjoni tal-Melita Malta Football Awards. L-istennija din is-sena hija wahda kbira anki minhabba l-fatt li hemm 20 award li se jinghataw matul is-serata li se tkun imxandra LIVE fuq Melita Sports u l-Weather & Info Channel miftuh ghal kull klijent ta' Melita Cable, b'ripetizzjoni l-ghada l-Erbgha 3 ta’ Gunju fuq Favourite Channel fid-8.45pm.

Fost l-Awards Prestiggjuzi li se jinghataw illejla insibu l-Award ghall-Aqwa Coach, l-Aqwa Difensur, l-Aqwa Midfielder, l-Aqwa Attakkant u l-Aqwa Goalkeeper. Awards ohra missielta jkunu dawk ghall-Iktar Zaghzugh Promettenti, l-isbah Goal tal-Istagun, l-Aqwa Player Veteran 'il fuq minn 35 sena, l-Aqwa Player Barrani u l-Aqwa Player Malti. F'din it-Tmien Edizzjoni, Events Services hasbet biex tniehdi award gdid - dak tal-Aqwa Player tat-Tielet Divizjoni kif ukoll l-Award ghall-Iktar Player Favorit Skont il-Pubbliku fejn il-pubbliku jista’ jibghat SMS fuq 50614914 bl-isem tal-player favorit tieghu.

Is-serata tal-lejla se tkun prezentata mill-gurnalista sportiva u prezentatrici tal-programm Kontrattakk Catherine Xuereb u Clinton Buhagiar prezentatur tal-programm L-Argument físem One Productions li flimkien se jkunu qed jaghtu informazzjoni dwar il-kategoriji rispettivi u kif saret il-votazzjoni biex intghazlu t-tliet finalisti f'kull kategorija.

Iktar informazzjoni fuq is-sit www.maltafootball.com/awards u www.eventsservices.tv Il-producers tat-Tmien Edizzjoni tal-Melita Malta Football Awards jixtiequ jirringrazzjaw lil dawn l-isponsors: Grand Hotel Excelsior, Melita, Powerade, Camilleri Wines, Firetech, Victor Azzopardi Jewellers, MFCC, ESS, Kunsill Malti ghall-Isport, Bank of Valletta, ETC, Titan, Hamilton Travel, Aristocrat, Sports Experience Trophies & Awards u John's Garage.