Id-Disa' Edizzjoni se ssir nhar l-Erbgħa 2 ta’ Ġunju

Rega’ wasal dak iz-zmien tas-sena! Waslu l-Malta Football Awards aqwa minn qatt qabel. Illum fid-disa’ edizzjoni taghhom, dawn l-Awards prestiggjuzi li jinghataw f’serata apposta jaghtu gieh lill-isportivi tal-iktar sports popolari: il-football. Din il-produzzjoni ta’ Events Services li se ssir gewwa l-lukanda Grand Hotel Excelsior nhar l-Erbgha 2 ta’ Gunju 2010, se tkun celebrazzjoni ohra ghal dawk l-individwi li ddistingwew ruhhom fix-xena tal-football lokali.

F’Konferenza Stampa li giet organizzata biex jitnehdew dawn l-Awards, tkellmu diversi kelliema fosthom ic-Chairman tal-Kunsill Malti ghall-iSport Bernard Vassallo li f’isem il-KMS awgura lill-organizzaturi ta’ din is-serata u tenna li hu pjacir ghall-Kunsill Malti ghall-iSport li jkun assocjat ma’ attivitajiet simili. Hu semma li permezz ta’ bidu umli tmien snin ilu dawn l-Awards stabbilixxew ruhhom u u saru jkunu mistennija minn sena ghal sena.

Sandro Micallef, Chairperson tal-Kumitat Organizattiv tal-Malta Football Awards, li indirizza wkoll il-Konferenza Stampa qal li dawn l-Awards huma ddisinjati l-iktar biex ikunu celebrazzjoni. “Se nkunu qed inxiddu t-tapit l-ahmar, inlestu l-ahhar irtokki ghas-sorprizi tas-serata, u fuq kollox nesponu l-istilel tas-serata jigifieri l-players, coaches u l-ufficjali tal-loghba. Se nkunu flimkien mat-telespettaturi qed naraw it-talent li kellna matul l-istagun li ghadda u nitkellmu wkoll dwar il-progressi kbar li saru fil-football lokali f’dan il-pajjiz. Din is-serata mhux se tkun biss okkazjoni fejn ir-rebbieha jircievu trofew, imma opportunita` fejn kull min hu nvolut fil-loghba tal-football jiltaqa’ biex niccelebraw flimkien tmiem ta’ stagun mimli xoghol u sagrificju” zied jghid Micallef. Ic-Chairperson tal-Malta Football Awards ta wkoll dettalji dwar is-serata nnifisha fejn mhux biss se jkunu qed jinghataw l-Awards stabbiliti izda ghal sena ohra se jinghata Award ghal rikonoxximent tal-karriera.

L-attivita` se tkun ipprezentata minn Saviour Darmanin ex-goalkeeper Internazzjonali u Catherine Micallef gurnalista sportiva u Producer tal-Malta Football Awards. Micallef spjega li dawk intitolati li jivvutaw huma dawk involuti fil-loghba tal-football, jigifieri l-Presidenti tal-Clubs, Coaches u Captains tal-ghaxar timijiet tal-Premier. Ghall-Awards marbuta mal-kategoriji tal-Kampjonat Premier jivvutaw ukoll il-gurnalisti sportivi li jirrapurtaw il-kampjonat Premier. Il-votazzjoni ghall-Kampjonat tal-Ewwel, it-Tieni, It-Tielet Divizjoni, Futsal, Nisa’ u l-kampjonat Ghawdxi jivvutaw ghalihom l-ufficjali, coaches u captains tat-timijiet rispettivi kif ukoll il-gurnalisti li jsegwu dawn il-kampjonati.

Fil-Konferenza Stampa gie spjegat li mal-vot tal-Clubs u tal-gurnalisti ghall-kategorija tal-isbah goal tal-istagun se jinghaqdu l-voti tal-pubbliku generali li se jkun mistieden ukoll jivvota ghall-isbah goal permezz ta’ SMS 50614914. L-iktar hames goals li jgibu punti jidhlu go votazzjoni interattiva waqt is-serata nnifisha fejn eventwalment ikun mhabbar ir-rizultat.

Alan Cutajar Direttur ta’ Events Services irringrazzja lill-media lokali tas-sapport u lill-isponsors kollha ta’ din is-sena fosthom lil MELITA, POWERADE, KIA, LOTTO, KMS, BOV, EURES, ARISTOCRAT, HAMILTON TRAVEL, TONI&GUY u GRAND HOTEL EXCELSIOR.

Il-Melita Malta Football Awards se jkunu qed jixxandru live fuq Melita Sports 702 u fuq il-Promotion Channel li hu stazzjon miftuh ghand il-klijenti kollha ta’ Melita liema trasmissjoni tibda fit-8pm. Ripetizzjoni tas-serata tixxandar ukoll fuq Favourite Channel il-Hadd 6 ta’ Gunju fid-9pm. Mhux se jkun hemm biljetti ghal bejgh u dawk li se jattendu se jkunu mistiedna personalment.

Ghal iktar informazzjoni dwar edizzjonijiet precedenti u statistika dwar il-Malta Football Awards wiehed jista’ jzur is-siti tal-internet www.maltafootall.com/awards jew www.eventsservices.tv

L-Awards kollha li se jinghataw fid-Disa’ Edizzjoni tal-Melita Malta Football Awards huma: 1. L-Aqwa Goalkeeper
2. L-Aqwa Difensur
3. L-Aqwa Midfielder
4. L-Aqwa Attakkant
5. L-Iktar Zaghzugh Promettenti
6. L-Aqwa Coach
7. L-Aqwa Player Barrani
8. L-Aqwa Player Malti
9. L-Isbah Goal tal-Istagun
10. L-Aqwa Player Kampjonat Nisa Div 1
11. L-Aqwa Player Futsal Div 1
12. L-Aqwa Player Kampjonat GFA Melita Div 1
13. L-Aqwa Player Kampjonat BOV L-Ewwel Divizjoni
14. L-Aqwa Player Kampjonat BOV It-Tieni Divizjoni
15. L-Aqwa Player Kampjonat BOV It-Tielet Divizjoni
16. L-Aqwa Player Veteran ’il fuq minn 35 sena
17. Awards Specjali ghall-Karriera