Melita Malta Football Awards - Jitħabbru r-rebbieha tad-Disa' Edizzjoni

Ilbierah fil-ghaxija, l-Erbgha 2 ta’ Gunju, il-lukanda Grand Hotel Excelsior rat diversi players, ufficjali, coaches u mistiedna ohra jattendu d-9 Edizzjoni tal-Melita Malta Football Awards. F’serata ta’ madwar 3 sighat li kienet imxandra live fuq Melita Sports u li kienet ipprezentata mill-gurnalista sportiva Catherine Micallef u l-ex goal keeper Saviour Darmanin, thabbru r-rebbieha tad-9 Edizzjoni ta’ dawn il-Football Awards li ilhom jittellghu sa mis-sena 2002. Sandro Micallef, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv ta’ dawn l-awards stqarr li jinsab kuntent bl-attendenza u bl-entuzjazmu li kull sena joholqu dawn l-awards. Micallef ferah lir-rebbieha kollha u lill-finalisti kollha li spiccaw mal-ewwel tlieta f’kull kategorija. Ghal kull kategorija vvutaw il-gurnalisti u 3 membri tal-klabb – President / Ufficjal tal-Klabb, Coach u Captain tat-tim.

Ir-Rebbieha tad-Disa’ Edizzjoni huma s-segwenti:

L-AQWA DIFENSUR KAMPJONAT BOV PREMIER RAMON DOS SANTOS QORMI FC

L-AQWA ATTAKKANT KAMPJONAT BOV PREMIER CAMILO DA SILVA SANVEZZO QORMI FC

L-AQWA PLAYER VETERAN ’IL FUQ MINN 35 SENA KAMPJONAT BOV PREMIER GILBERT AGIUS VALLETTA FC

L-IKTAR ZAGHZUGH PROMETTENTI KAMPJONAT BOV PREMIER ROWEN MUSCAT BIRKIRKARA FC

L-AQWA PLAYER MALTI KAMPJONAT BOV PREMIER TREVOR CILIA BIRKIRKARA FC

L-AQWA COACH KAMPJONAT BOV PREMIER PAUL ZAMMIT BIRKIRKARA FC

L-AQWA MIDFIELDER KAMPJONAT BOV PREMIER SHAUN BAJADA BIRKIRKARA FC

L-AQWA GOALKEEPER KAMPJONAT BOV PREMIER ANTHONY CURMI TARXIEN R.

L-AQWA PLAYER BARRANI KAMPJONAT BOV PREMIER DENNI ROCHA DOS SANTOS TARXIEN R.

L-AQWA PLAYER KAMPJONAT BOV L-EWWEL DIVIZJONI MARTIN DEANOV MARSAXLOKK FC

L-AQWA PLAYER KAMPJONAT BOV IT-TIENI DIVIZJONI ANATOLE DEBONO ST.ANDREWS FC

L-AQWA PLAYER KAMPJONAT BOV IT-TIELET DIVIZJONI MALCOLM TIRCHETT LUQA SA L-AQWA PLAYER KAMPJONAT NISA’ L-EWWEL DIVIZJONI

SONIA FARRUGIA SLIEMA RAIDERS JOSLENE GAFA` GOZO FC L-AQWA PLAYER KAMPJONAT FUTSAL L-EWWEL DIVIZJONI ANTON FLORIN ZC EXCESS L-AQWA PLAYER KAMPJONAT GFA MELITA L-EWWEL DIVIZJONI JEAN PAUL GRIMA VICTORIA HOTSPURS L ISBAH GOAL TAL-ISTAGUN KAMPJONAT BOV PREMIER NJONGO PRISO` VALLETTA FC 23/04/2010 Valletta vs Sliema 66'

Tajjeb nghidu li l-Award ghall-Isbah Goal tal-Istagun gie vvutat mill-pubbliku permezz ta’ SMS fuq 5061 4914 kif ukoll minn 100 persuna prezenti fis-sala permezz ta’ live voting system. Bhal kull sena, il-Kumitat Organizzattiv tal-Malta Football Awards jahseb biex jinghataw ukoll awards specjali – l-Award ghall-Karriera din is-sena miss lil Alfred Mizzi u inghataw awards specjali lil tliet players li dan l-istagun kienu strumentali ghat-tim taghhom - Daniel Bogdanovic li kkonferma waqt is-serata li ffirma kuntratt ta’ 3 snin ma’ Sheffield United u Andrei Agius, u award lill-iktar player li qatt skorja goals man-nazzjonal - Michael Mifsud.