L-Għaxar Edizzjoni tal-Malta Football Awards: Niċċelebraw okkażjoni speċjali b’mod speċjali
Il-Kumitat Organizzattiv tal-Għaxar Edizzjoni Edizzjoni tal-GO Malta Football Awards qed iħabbar il-finalisti ta’ din l-edizzjoni li se ssir nhar l-Erbgħa 25 ta’ Mejju, 2011 fl-MFCC Ta’ Qali.
L-Award għall-Isbaħ Goal tal-Istaġun u l-Award għall-Isbaħ Save tal-Istaġun huma fdati totalment f’idejn l-għażla tal-pubbliku permezz ta’ TELEVOTING bin-numru abbinat ma’ kull goal u save. M’hemm l-ebda restrizzjoni fuq in-numru ta’ telefonati u kull telefonata tista’ tkun irreġistrata kemm permezz ta’ telefonija fissa jew ċellulari u hija miftuħa għall-abbonati ta’ kwalunkwe operatur lokali. Kull telefonata tiswa €1.
Is-serata tal-GO Malta Football Awards se tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon Nazzjonali TVM u se tkun ippreżentata mill-ġurnalisti sportivi Simon Farrugia, Catherine Micallef u Rodney Vassallo. Iktar tard matul il-ġimgħa, is-serata se tkun imxandra wkoll fuq GO Sports. Sandro Micallef, Chairman tal-Kumitat Organizzattiv ikkumenta li jinsab sodisfatt bir-rispons ta’ dawk li kienu ntitolati li jivvutaw għax daħlu lura l-maġġoranza tal-voti sad-data tal-għeluq biex jibda l-proċess ta’ eliminazzjoni biex ikunu stabbiliti t-tliet finalisti ta’ kull kategorija. Għall-awards tradizzjonali marbuta mal-Kampjonat BOV Premier kienu mistiedna jivvutaw l-10 Presidenti tal-Premier, l-10 Coaches tal-Premier u l-10 Captains tal-Premier. Magħhom ivvutaw ukoll ’il fuq minn 60 ġurnalist sportiv, producers ta’ programmi sportivi televiżivi, kummentaturi sportivi u photo reporters.
Filwaqt li għall-Kategoriji tal-Ewwel, it-Tieni, it-Tielet Diviżjoni, Kampjonat GFA L-Ewwel Diviżjoni, Nisa’ u Futsal ivvutaw għalihom ukoll il-Presidenti, Coaches u Captains tal-Klabbs rispettivi bl-eċċezzjoni li in-numru ta’ ġuralisti kien ferm inferjuri minn dak tal-Premier.
Kif tħabbar iktar qabel, għall-kategorija tal-Aqwa Referi, il-ġurnalisti biss kellhom dritt għall-vot ta’ dan l-award wara qbil mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football.
Il-partitarji u d-dilettanti tal-futbol u anki l-pubbliku in ġenerali din is-sena se jkollu l-opportunita` li jkun preżenti għal dawn l-awards billi jixtri l-biljetti minn fuq is-sit www.biljetti.com. Kull biljett jiswa €15, liema biljett wieħed ikollu aċċess għall-after party ta’ wara s-serata.
Iktar dettalji dwar l-Għaxar Edizzjoni jinsabu fuq www.maltafootball.com/awards jew minn fuq il-paġna ta’ facebook Malta Football Awards.
Il-FINALISTI TAL-GĦAXAR EDIZZJONI
STAĠUN 2010/11
L-Aqwa Player tat-Tielet Diviżjoni
- Lee Baldacchino Luqa FC
- Jason Camilleri Siġġiewi FC
- Juan Galdes Marsascala FC
L-Aqwa Player tat-Tieni Diviżjoni
- Adrian Carabott Żejtun C.
- Adam Smeir Rabat A.
- Timmy Thomas Żebbuġ R.
L-Aqwa Player tal-Ewwel Diviżjoni
- Pedro Calcado Balzan Y.
- Gilbert Martin Mosta FC
- Jean Paul Muscat Mqabba FC
L-Aqwa Player Kampjonat Femminili L-Ewwel Diviżjoni
- Ylenia Carabott Hibernians FC
- Antoinette Sammut Mġarr FC
- Dorianne Theuma Mosta FC
L-Aqwa Player Kampjonat GFA L-Ewwel Diviżjoni
- Chris Cammileri Sannat Lions
- John Camilleri Sannat Lions
- Adrian Parnis Sannat Lions
L-Aqwa Player tal-Futsal L-Ewwel Diviżjoni
- Anton Florin ZC Excess
- Jovica Milijic Paola Downtown
- Carlos Scicluna ZC Excess
L-Iktar Żagħżugħ Promettenti
- Leighton Grech Vittoriosa S.
- Rowen Muscat Birkirkara FC
- Bjorn Kristensen Hibernians FC
L-Aqwa Goalkeeper
- Omar Borg Ħamrun S.
- David Cassar Tarxien R.
- Andrew Hogg Valletta FC
L-Aqwa Difensur
- Steve Borg Valletta FC
- Jonathan Caruana Valletta FC
- Jason Lee Vandelannoite Qormi FC
L-Aqwa Midfielder
- Roderick Briffa Valletta FC
- Paul Fenech Birkirkara FC
- Ryan Fenech Valletta FC
L-Isbaħ Save tal-Istaġun
- 5230 2031: Simon Agius - Vittoriosa S. Vs Birkirkara FC
- 5230 2032: Omar Borg – Ħamrun S. vs Vittoriosa S.
- 5230 2033: David Cassar – Tarxien R. vs Floriana FC
- 5230 2034: Matthew Farrugia – Qormi FC vs Marsaxlokk
- 5230 2035: Andrew Hogg – Valletta vs Floriana
- 5230 2036: Lotfi Saidi – Floriana FC vs Sliema
L-Aqwa Kowċ
- Noel Coleiro Tarxien R.
- Paul Zammit Birkirkara FC
- Jesmond Zerafa Valletta FC
L-Aqwa Attakkant
- Alfred Effiong Marsaxlokk FC
- Daniel Nwoke Floriana FC
- Terrence Scerri Valletta FC
L-Aqwa Player Veteran ’il fuq minn 36 sena
- Gilbert Agius Valletta FC
- David Camilleri Ħamrun S.
- Brian Said Floriana FC
L-Aqwa Referi
- Christopher Lautier
- Clayton Pisani
- Alan Mario Sant
L-Isbaħ Goal tal-Istaġun
- 5230 2021: Edmund Agius – Valletta FC vs Ħamrun S.
- 5230 2022: Dyson Falzon – Ħamrun S. vs Valletta FC
- 5230 2023: Ryan Fenech – Valletta FC vs Sliema W.
- 5230 2024: Cleavon Frendo – Qormi FC vs Hibernians FC
- 5230 2025: Michael Galea - Birkirkara FC vs Sliema W. (U*Bet FA Trophy Q/F)
- 5230 2026: Sergio Pacheco de Oliveira – Tarxien R. vs Floriana
L-Aqwa Player Barrani
- Denni Rocha Dos Santos Valletta FC
- Daniel Nwoke Floriana FC
- Sergio Pacheco de Oliveira Tarxien R.
L-Aqwa Player Malti
- Gilbert Agius Valletta FC
- Roderick Briffa Valletta FC
- Ryan Fenech Valletta FC