MFA suspends MFRA membership

The membership of the Malta Football Referees Association (MFRA) within the Malta Football Association has been suspended with immediate effect.

This decision follows the MFRA’s failure to abide by a request of the Malta FA’s Bureau to postpone the Annual General Meeting on Monday, 3rd June, 2019 after a number of match officials had expressed concern over the MFRA’s decision to bar more than half of its members from voting at the same AGM. Furthermore, the MFRA failed to provide reassurances that these complaints were not justified.

Such concerns had also led to a petition, signed by 102 match officials, which was presented to the Malta FA.

The Malta FA Bureau, which is composed of the Association’s top officials, had made the decision to postpone the AGM of the MFRA on Monday after asking for further clarifications from the MFRA but this request was also ignored.

At a meeting between the two parties, held on Monday morning, the MFRA was again requested to provide further documentation that could clear the matter in the interests of all parties concerned but this was not forthcoming.

In accordance with the Malta FA regulations, this decision will be reported to the Association’s Executive Committee and Council at the earliest opportunity.

Lill-Malta Football Referees Association
5 ta’ Ġunju 2019


Għażiż Segretarju,
Inkarigat nikteb mill-President tal-Malta Football Association li, wara li ħa l-parir tal-Viċi Presidenti u l-membri l-oħra tal-Bureau kif mitlub fl-Artiklu 36(v) u abbażi tal-kompetenza tal-istess Bureau skont l-Artiklu 58(iii) tal-Istatut tal-MFA, iddeċieda dan li ġej:
Wara li l-MFA ġiet mgħarrfa li bosta referees tneħħielhom id-dritt tal-vot fi ħdan l-MFRA in vista tal-Laqgħa Ġenerali tal-istess MFRA;
Wara li l-Assoċjazzjoni rċeviet numru ta’ lmenti mingħand numru ta’ membri tal-MFRA li jindikaw li tali tneħħija tad-dritt tal-vot setgħet saret b’mod abbużiv;
Billi l-Assoċjazzjoni rċeviet ukoll petizzjoni ffirmata minn mija u żewġ (102) membri tal-MFRA (minn total possibbli ta’ 128 membru, kif elenkat mill-istess MFRA) fejn dawn esprimew l- oġġezzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat tal-MFRA f’dan ir-rigward;
Billi dawn iċ-ċirkostanzi nġiebu għall-attenzjoni tal-Bureau tal-MFA li ddeċieda li jitlob informazzjoni u dokumenti mingħand l-MFRA sabiex tingħata stampa aktar ċara tal-affarijiet. Din it-talba saret bi skadenzi ċari, l-ewwel waħda għall-Erbgħa 29 ta’ Mejju u t-tieni waħda għall- Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2019 f’12:00, liema skadenzi ma ġewx rispettati u d-dokumenti ma ġewx sottomessi, u dan bi ksur tal-Artiklu 49(vi) tal-Istatut tal-MFA;
Wara li saret laqgħa nhar it-3 ta’ Ġunju 2019 fis-sede tal-MFA, li għaliha attendew is-Sinjuri Alexie Tabone u Emmanuel Zammit, akkumpanjati minn rappreżentant legali, liema laqgħa kienet inkonklussiva primarjament minħabba li d-dokumenti mitluba ma ngħatawx. B’hekk il-Bureau ma setgħax jagħmel il-verifiċi meħtieġa biex ixejjen l-oġġezzjonijiet hawn fuq imsemmija;
Fl-istess jum il-Bureau għaldaqstant ikkomunika deċiżjoni tiegħu taħt l-Artiklu 49(iii) liema deċiżjoni talbet li l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFRA kif oriġinarjament skedata għat-3 ta’ Ġunju 2019 tiġi posposta sakemm issir il-verifika msemmija.
Peress illi d-deċiżjoni u t-talba tal-Bureau ġiet injorata, u li dan fih innifsu jimpinġi fuq id-drittijiet tal-membri tal-istess MFRA, filwaqt li sar bi ksur tal-Istatut tal-MFA;
Ngħarrfek li b’effett immedjat is-sħubija tal-MFRA bħala membru tal-MFA qiegħda tiġi sospiża skont l-Artiklu 24(1) tal-Istatut tal-MFA u dan bil-poteri mogħtija lill-President kif hawn fuq imsemmi u cioe l-Artiklu 36(v).
Din id-deċiżjoni tiġi rrappurtata kif inhu dovut u kif meħtieġ mir-regolamenti tal-MFA mal-ewwel opportunità lill-Kunsill u l-Eżekuttiv tal-MFA.


Dejjem tiegħek,
Dr Angelo Chetcuti
Segretarju Ġenerali