MPL Chairman Dr. Joseph Muscat congratulated Hamrun Spartans as they reached a landmark milestone, securing their place in the league stage of the UEFA Conference League.
Fażi Ġdida Għall-Football Malti
Il-Malta Premier League u l-clubs membri taghha jifirħu lil Ħamrun Spartans FC li saru l-ewwel club Malti li kkwalifikaw għal league phase ta’ kompetizzjoni Ewropeja.
“Il-partecipazzjoni ta’ Ħamrun ghal UEFA Conference League hija game changer mhux biss għal dan il-club izda għal football Malti in generali,” qal ic-Chairman tal-MPL, Joseph Muscat.
Dr Muscat sostna li minbarra s-suċċess sportiv, dan ir-riżultat se jsaħħah il-qagħda finanzjarja mhux biss ta’ Ħamrun Spartans, iżda tal-clubs kollha tal-YoHealth Malta Premier.
B’dan ir-riżultat, Ħamrun se jirċievu somma bla preċedent mill-UEFA, izda ukoll il-koefficjenti tal-clubs Maltin se jiżdied b’ mod li anki l-fondi li jitqassmu lil 11 -il club l-iehor tal-ogħla diviżjoni tal-football Malti se tiżdied.
“Meta l-MPL ġiet iffurmata, waħda mill-għanijiet dikjarati kienet li mill-inqas club wiehed jgħaddi għal kompetizzjonijiet Ewropej.
Minkejja x-xettiċizmu, dan il-għan issa intlahaq.
Dan se jġib miegħu sfidi ġodda, fosthom ta’ ipprogrammar tal-Kampjonat Malti, iżda fiduċjużi li dan huwa biss il-bidu ta’ fażi ġdida għall-football Malti fejn klabbs oħra jistgħu jiksbu l-istess suċċess,” temm jgħid Dr Muscat.