Hamrun Spartans appeal for caution and responsibility from supporters

In view of the MFA Executive Committee Meeting due to be held on Friday, BOV Premier League leaders Hamrun Spartans issued a statement in which they called for caution and responsibility from their supporters.

The club said that “Whatever the decision of the Executive Committee, in view of the current pandemic situation, we must show responsibility and maturity. Ħamrun Spartans, together with the Ħamrun Local Council, will also hold meetings with the Police officers in order to ensure at all times that nothing is done that goes against the health directives. Although the club is not promoting or promoting any organized activities, and condemns the fact that activities are often organized, it appeals to the supporters of Ħamrun so that the decision of the MFA Council is to declaring Ħamrun as Champions, only express themselves in accordance with the directives of the Health Authorities and in no way against these same directives. “

The club said that in such case, the club would work hand in hand with the MFA, Hamrun clubs and the authorities so that celebrations would be organised, as long as these are allowed by measures adopted by authorities.

Il-klabb ta’ Ħamrun Spartans jappella għal kawtela u responsabilità mill-partitarji Il-klabb ta’ Ħamrun Spartans qed iwassal, permezz ta’ din l-istqarrija, l-appell tiegħu lill partitarji Ħamrunizi sabiex ikun hemm il-kawtela u tkun murija r-responsabilità l-ħin kollu wara d-deċiżjonijiet li mistennija jittieħdu aktar tard illum mill-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA. 

Tkun xi tkun id-deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija li qegħdin fiha bħalissa, għandna bil-fatti nuru responsabilità u maturità. 

Il-klabb ta’ Ħamrun Spartans, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, se jżomm anke laqgħat mal-uffiċjali tal-Pulizija sabiex ikun assigurat il-ħin kollu li ma jsir xejn li jmur kontra d direttivi tas-saħħa. 

Għalkemm il-klabb mhu qiegħed jew jippromwovi l-ebda attività organizzata, u jikkundana talli attivitajiet kemm il-darba hemm min qed jorganizzahom, jappella lill-partitarji ta’ Ħamrun sabiex kemm il-darba d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-MFA tkun talli li tiddikjara lil Ħamrun bħala Champions tal-futbol Malti, jesprimu biss lilhom infushom b’konformità mad-direttivi tal Awtoritajiet tas-Saħħa u bl-ebda mod kontra dawn l-istess direttivi. 

Fl-eventwalità li l-Kunsill tal-MFA jiddeċiedi fuq li l-kampjonat ikun mirbuħ mill-klabb ta’ Ħamrun, se jkun hemm ħidma biex flimkien mal-MFA, l-Għaqdiet Ħamruniżi u l-Awtoritajiet, tinstab data aktar ‘il quddiem, li matulha jkun hemm iċ-ċans, kemm il-darba d-direttivi jkunu jippermettu dan, li ssir ċelebrazzjoni organizzata. 

Illum huwa ċ-ċans li l-poplu Ħamrunizi, juri lil Malta u Għawdex kollha, kawtela u responsabiltà. 

Il-klabb jirringrazzja mill-qalb lil kull partitarju, sostenittur, benefattur ta’ Ħamrun Spartans għas-support li bħalu má jinstab imkien f’Malta.